Posts from 2022

91100 of 104 items

IS-SITT HADD TAS-SENA – IL-HADD, 13 TA’ FRAR, 2022

by Administrator

Il-Valuri ta’ Kristu huma differenti minn dawk tad-dinja! 1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju : Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa. “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”. 2. Il-Ġabra Speċjali ta’ nhar il-Ħadd : Kienet €456.64. Nirringrazzjawkom. 3. Il-Ħamis 17 ta’ Frar : 5.30pm Adorazzjoni. 7.30pm Kors ta’ Kana. 4. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali : “Il-Ħbieb […]

San Valentinu u l-imhabba – Joe Gatt ofs

by Administrator

SAN VALENTINU U L-IMHABBA F’dan ix-xahar id-dinja ticcelebra l-festa ta’ San Valentino. Huwa Ufficjalmantmagħruf bħala San Valentino ta’ Ruma. Ħuwa Qaddis Ruman tat-tielet seklu u l-festa tiegħu hija ccelebrata madwar id-dinja kollha f’14 ta’ Frar, u assoċjata mall-imħabba. Għalkemm ftit mill-ħajja ta’ dan il-qaddis hija magħrufa, din l-istorja tista’ tinvolvi l-ħajja ta’ żewġ qaddisin differenti […]

IL-HAMES HADD TAS-SENA – IL-HADD, 6 TA’ FRAR, 2022

by Administrator

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju : Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa. “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”. 2. It-Tlieta 8 ta’ Frar : 7.30pm Inkomplu bil-Kors ta’ Kana. 3. Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl hija Festa Kmandata : 4. L-Erbgħa 9 ta’ Frar : 5.00pm Quddiesa. 6.00pm Novena […]

It-Toroq t’Alla ma nafuhomx – Tony Mahoney ofs

by Administrator

IT-TOROQ T’ALLA MA NAFUHOMX Kif nidħol fis-sodda nħobb nirrilaxxja għal għaxar minuti. Dan nagħmlu permezz tal-qari tal-poeżiji ngliża. Nirringrazzja ‘l missieri, Alla jaħfirlu, għax hija waħda mill-ħafna virtujiet li wriet minn għandu; il-letteratura ngliża u l-mużika fost oħrajn. Waħda mill-favoriti tiegħi hija poeżija miktubha minn Mary Elizabeth Coleridge, waħda mill-famuża familja ta’ poeti, Coleridge. Din partikulari msejjħa ‘Our Lady’. Għandha ħsieb profond u ġġegħlek tirrealizza dak li dejjem ħadnih ‘forgranted’. Kemm hu minnu, dak li tgħidilna Coleridge, li kulħadd isejjaħ ‘l Marija ‘Our Lady’. Aħna wkoll fil-parroċċa nsejjħulha ‘is-Sinjura Tagħna’, it-Taljani “Nostra Signora’, u naturalment l-Ingliżi ‘Our Lady’. Coleridge, ta’ ngliża li hi, tirrealizza li l-kelma ‘kulħadd’ tinkludi wkoll dawk il-ħafna nisa tal-high society, barunijiet u renjanti, u dawn in-nisa kollha, il-poplu jindirizzhom bħala ‘Lady’. Mhux ta’ b’xejn il-poeżija tibda: ‘Mother of God! No lady thou.’ Imbagħad tgħid ir-raġuni, li Marija kienet mara komuni, ordinarja, ġejja minn familja komuni, għalkemm dawk il-‘Ladies’ isejjħulha: ‘Our Lady’, jew ‘Sinjura Tagħna’. Tkompli tgħid: Kristu qatt ma twieled fin-nobilta, jew f’xi familja rjali. Kien tarbija komuni minn omm komuni. Iżda mbagħad tgħid: it-toroq t’Alla mhux it-toroq tagħna Lady nobbli, rjali, żgur li kient tagħti ġidha kollha, jew taqta’ jdejha barra, biex twelled l-Iben t’Alla. Iżda Alla qatt ma għażel mara nobbli, pjuttost tfajla ordinarja, komuni, tfajla umli li żżewġet mastrudaxxa. Ma kellha l-ebda skola, l-ebda arti iżda l-għanja li kantat ħarġet minn qalbha, u baqgħet magħrufha sallum, u tibqa’ għal dejjem bħala l-isbaħ għanja Lhudija. “Huwa tema’ lil min hu bil-ġugħ’. Imbagħad, bil-pulit ġibdet saqajn il-famużi ‘Lords and ladies gay’, għax fl-aħħar vers qalet: ‘U l-għonja bagħthom ‘l barra b’xejn.’ Ta’ min jaqra u jimmedita fuq din il-poeżija li fiha ħafna verita u sfortunatament aħna neħduhom ‘forgranted’. It-toroq t’Alla ma nafuhomx. Tony Mahoney ofs

IR-RABA’ HADD TAS-SENA – IL-HADD, 30 TA’ JANNAR, 2022

by Administrator

Għaliex Profeta mhux milqugħ f’pajjiżu! 1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju : Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa. Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”. 2. Ġabra speċjali: €1.048.51. Nirringrazzjawkom. 3. L-Erbgħa 2 ta’ Frar : Festa tal-Gandlora. Il-preżentazzjoni tal-Mulej Ġesu’ fit-Tempju. 6.00pm Isir it-Tberik tax-Xema’ għaliex Xmun sejjaħ lil Ġesu’ “Dawl biex idawwal il-ġnus”. […]

Il-Mulej irid ikun parti integrali fil-hajja taghna – Pauline Darmanin ofs

by Administrator

Fit-Tieni Ktieb ta’ Samwel (Kap 7, 1-7) naraw kif ir-Re David thasseb u ma hassux sew li hu qieghed f’dar tac-cedru, armata b’kollox u l-Arka ta’ Alla qieghda f’nofs ta’ tinda! Hass li b’rispett u qima lejn l-Arka, li ghal poplu ta’ Israel kienet tfisser il-prezenza ta’ Alla fosthom, kellu jibni wkoll “dar” xierqa ghall-Arka. […]

IT-TIELET HADD TAS-SENA – IL-HADD, 23 TA’ JANNAR, 2022

by Administrator

Merħba lir-Relikwa tal-Beatu Carlo Acutis 1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju : Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa. Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”. 2. Għada l-Ħadd tasal fi tmiema l-ġimgħa : Li kellna fostna r-Relikwa tal-Beatu Carlo Acutis. Ġew iżuruha studenti tal-Iskejjel ta’ St Joseph u ta’ St Benild. U saħansitra nies li […]

It-triqat tal-Mulej hadd ma jafhom – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Gheziez huti Frangiskani,Il-fatt li fil-prezent, kull nhar ta’ Tlieta,  ma nistghux niltaqghu fizikament flimkien bhala Fraternita, qed johloq fina frustrazzjoni spiritwali u attegjament negattiv, pero t-triqat tal-Mulej hadd ma jafhom. Alla, li jista kollox, kapaci johloq il-gid minn kull sitwazzjoni li ghalina tidher difficli, kerha kemm hi kerha, bla sens, ta’ tbatija, kemm materjali u […]

IT-TIENI HADD TAS-SENA – IL-HADD, 16 TA’ JANNAR, 2022

by Administrator

“Agħmlu kulma jgħidilkom hu” 1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju : Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa. Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”. 2. It-Tnejn 17 ta’ Jannar : 6.00pm Tasal ir-Relikwa tal-Beatu Carlo Acutis. – Fil-quddiesa, Fra Lorrie Zerafa ofm jagħmel Introduzzjoni tal-okkażjoni u jfisser x’inhi r-Relikwa u min hu dan iż-Żgħażugħ Beatu […]

L-Epifanija – Mariella Spiteri Gonzi ofs

by Administrator

L-EPIFANIJA Il-Ħamis li għadda, fis-6 ta’ Jannar, iċċelebrajna l-festa tal-Epifanija. Il-kelma epifanija ġejja mill-Grieg  “epiphainein” li tfisser “li tiżvela”. L-Epifanija mhix biss kommemorazzjoni ta’ avveniment storiku meta Kristu rċieva r-rigali tad-deheb, l-inċens u l-mirra mit-tliet rejiet, iżda hija okkażjoni biex nirriflettu fil-fond ta’ ġewwa fina t-tifsira vera ta’ din ir-rivelazzjoni ta’ Alla Missierna. Alla ta […]