Merħba lir-Relikwa tal-Beatu Carlo Acutis
1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju :
Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa.
Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”.
2. Għada l-Ħadd tasal fi tmiema l-ġimgħa :
Li kellna fostna r-Relikwa tal-Beatu Carlo Acutis.
Ġew iżuruha studenti tal-Iskejjel ta’ St Joseph u ta’ St Benild.
U saħansitra nies li ġew minn naħat imbiegħda ta’ Malta.
Nitolbu li dan iż-żagħżugħ simpatiku jsir ‘Role Model’ għalina u għaż-Żgħażagħ tagħna.
3. Il-Ħamis 27 ta’ Jannar : 7.30pm Inkomplu bil-Kors ta’ Kana.
4. Il-Fondazzjoni tinnota bi pjaċir ir-rispons pożittiv għall-Iskema : 1.00 Ewro fil-Ġimgħa għas-Santwarju.
Tirringrazzja lil dawk kollha li mpenjaw ruħhom li ta’ kull ġimgħa joffru Euro għall-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Id-Donazzjonijiet tagħkom ġentilment nitolbukom titfħuhom fil-Kaxxi tal-Fondazzjoni li jinsabu ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu’ u fejn il-bieb tal-ġenb tas-Santwarju.
5. Il-Kummissjoni Festi : Ser torganizza Pizza Delivery nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Jannar. Aktar dettalji issibuhom fin-Notice Board jew ċemplu 9969 7909.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TAL: 2131 3505 / 7953 7719.