Posts from May 2021

9 Items

IL-HADD, 30 TA’ MEJJU, 2021 – FESTA TAT-TRINITA MQADDSA

by Administrator

TRINITA’ MQADDSA – L-EWWEL TQARBINA 1. Nawguraw lit-Tfal li llum il-Ħadd se jirċievu / irċevew l-Ewwel Tqarbina : Ella Aguis / Elisa Cardona Schranz / Giulia Cardona Schranz / Adele Cassar Jones / Jamie Ellul / Francesco Formosa / Francesca Luisa Galea / Jake Mangion / Jasmine Pace / Denzyl Vella / Timothy Vella / […]

Mil-Lejl Iswed ghan-Nahar Imdawwal – Tony Mahoney

by Administrator

 Meta bniedem jagħmel żmien ma jużax riġlejh, dirgħajh jew sebgħu, dil-parti tal-ġisem tiġġamja u ma taħdimx. Irid jibda jħaddimha, billi jużaha, bil-mod il-mod. Din ir-riġel, l-id jew is-subgħa huma l-istess bħall-Iskrittura. Jekk tagħmel żmien ma taqbadx il-Kelma t’Alla, taqraha, tifhimha u tapplikaha ma jkunx faċli għalik. Ara Pawlu, Ġwanni u l-Evanġelisti l-oħra kollha fehmu din […]

GĦID IL-ĦAMSIN – IL-HADD, 23 TA’ MEJJU, 2021

by Administrator

1. Nhar il-Ħadd li għadda kien Jum is-Sejħa Franġiskana : Grazzi talli lqajtu lill- Kandidati li qedin fil-formazzjoni. Grazzi tat-Talb kif ukoll tal-Ġabra ġeneruża.  Il-Ġabra kienet €1486.85. Patri Clive u Fra Lorrie bagħtu jirringrazzjawna. 2. Dan il-Weekend, il-Ħadd 23 ta’ Mejju : Niftakru fis-Seminaristi kemm fit-Talb tagħna kif ukoll fil-Ġabra tas-Seminarju.  9.30am Nippreżentaw […]

L-Axxensjoni ta’ Ġesù fis-sema. – Brigitte Arrad

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk, Ser naqsam magħkom xi ħsibijiet tal-Papa Emeritus Benedettu XVI fuq l-Axxensjoni ta’ Ġesù fis-sema. Id-dehriet ta’ Ġesù lid-dixxipli, wara il- qawmien tiegħu mill- mewt, kienu testimonjanza li Ġesù ma baqagħx fil-qabar, imma li qed jgħix.  Riedhom iwasslu l-aħbar li Hu haj – anzi li Hu l-Ħajja. Fl-evanġelu skond […]

TLUGĦ FIS-SEMA TAL-MULEJ – IL-HADD, 16 TA’ MEJJU, 2021

by Administrator

1. Il-Ħadd 16 ta’ Mejju : Fis-Santwarju tagħna qed niċċelebraw Jum is-Sejħa Franġiskana. Għandna fostna lill-Promoturi tal-Vokazzjonijiet Fr Clive u Fra Lorrie flimkien mall-Kandidati li qed jagħmlu l-esperjenza Franġiskana fil-fraternita’ tar-Rabat. Nitolbu ħafna għalihom. U nitolbu biex il-Mulej isejjaħ żgħażagħ mill-Parroċċa tagħna. 2. It-Tlieta 18 ta’ Mejju : 7.00pm L-OFS ser ikollhom taħdita fil-Knisja minn […]

Tibzghux… – Peter Darmanin

by Administrator

TIBZGHUX… Dan hu l-jum li ghamel il-Mulej ghalina. Bl-ghajnuna Tieghu, il-lejla se nergghu niltaqghu flimkien, ghal-Laqgha ta’ kull gimgha, wara 14-il xahar “maqfula fic-cenaklu ta’ darna”.Ippermettuli nikwota xi siltiet mill-Pastorali ta’ l-Isqof t’Ghawdex, illum il-Kardinal Grech, li kien ghamel fid-9 ta’ Marzu ta’ sentejn ilu, biex nirriflettu fuqhom f’xi hin matul il-gurnata.“Ahna nies li nħobbu […]

JUM L-OMM – IL-HADD, 9 TA’ MEJJU, 2021

by Administrator

1. Ġabra Speċjali għall-Knisja : €709.23 Nirringrazzjawkom. 2. It-Tlieta 11 ta’ Mejju : Il-Laqgħat tal-OFS se jerġgħu jibdew wara l-Quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja. It-taħdita se jagħmilha Peter Darmanin bis-suġġett : “Int l-għaxqa tas-sema, ix-xemx tal-ħolqien”. Il-Laqgħat huma miftuħa għal kulħadd. 3. L-Erbgħa 12 ta’ Mejju : Jibdew l-Erbgħat bi tħejjija għall-Festa Titulari tal-Madonna li tiġi ċċelebrata […]

Il-Beatu Lucien Batovasoa – Joe Gatt

by Administrator

Il-Beatu Lucien Batovasoa Luċien Batovasoa twieled f’1908 ġewwa ir-raħal ta’ Vohipeno, f’Madagasċar. Il-misjunarji tal-post innutaw li Luċien kellu talenti speċjali u bagħatuh jistudja għand il-Ġiswiti biex jiġi imħarreġ bħala għalliem. Kellu ħafna talenti barra ta’ għalliem. Kien mużiċista, kantant, sportiv kbir u lingwista. Kien jitkellem b’ħames lingwi, Ċiniż; Ingliż; Franċiż; Ġermaniż u Latin. Kien iħobb […]

IL-HAMES HADD TAL-GHID – IL-HADD, 2 TA’ MEJJU, 2021

by Administrator

TERĠA’ TIFTAĦ IL-KAPPELLA TAL-ADORAZZJONI 1. Bdejna x-Xahar ta’ Mejju : Il-Papa saħaq dwar ir-reċita’ tar-Rużarju. 2. Il-Ħadd 2 ta’ Mejju : Tinfetaħ il-Kappella tal-Adorazzjoni “Il-Mulej il-blata tiegħi”. Wara l-Quddiesa tad-9.30am issir Proċessjoni għall-Kappella. Grazzi lil min f’dawn is-snin taw is-servizz tagħhom f’din il-Kappella. • Il-Flus li kienu nġabru għal Fjuri (€505) ser ngħaddihom għal P.A. […]