Posts from November 2013

4 Items

24 ta’ Novembru, 2013

by Admin

Bil-għajnuna t’Alla, bdejna x-xogħol tar-restawr tal-Knisja fuq in-naħa ta’ barra. Dak ta’ ġewwa mistenni jibda’ wkoll f’qasir żmien. Huwa ta’ sodissfazzjoni kbir għalina u għandna tama kbira li, bil-ħidma volontarja ta’ ħafna persuni u bil-ġenerożita’ kbira ta’ dawk li diġa qed igħinu bid-donazzjonijiet tagħhom dan il-proġett, hekk importanti u urġenti, inkunu nistgħu nwassluh fit-tmiem sal-aħħar […]

17 ta’ Novembru, 2013

by Admin

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru, il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament se torganizza Pellegrinaġġ għaċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata fejn ikollna Quddiesa fil-Kappella fl-10.00am u jkollna ħin biex inżuru l-oqbra. Tluq fid-9.00am mis-Savoy Bus Stop. Biljetti mingħand Alfred Simler u Lily Abdilla. Nhar il-Ħamis, 21 ta’ Novembru ser issir viżta għal San Vinċenz de Paule. Tluq mis-Savoy bus stop […]

10 ta’ Novembru, 2013

by Admin

Id-Dar tal-Providenza ser torganizza Bazaar tal-Milied, nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru mid-9.00am ‘l quddiem fil-post tagħha fis-Siġġiewi. Issibu oġġetti tal-Milied għall-bejgħ waqt li fl-istess ħin tkunu qegħdin tgħinu lid-Dar tal-Providenza. Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru, il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament se torganizza Pellegrinaġġ għaċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata fejn ikollna Quddiesa fil-Kappella fl-10.00am u jkollna ħin biex inżuru […]

3 ta’ Novembru, 2013

by Admin

Għada l-Ħadd, il-Quddiesa tal-11.00am ser tkun animata mill-Kor MITTE RIMANDA, kor mill-Estonja magħmul minn 46 persuna, li jinsab Malta għal Festival tal-Korijiet. Wara l-Quddiesa il-Kor ser jagħti kunċert qasir ta’ għoxrin minuta. Inħeġġukom ħafna tipprofittaw ruħkom u tattendu għal din l-okkażjoni speċjali. Il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament ser toganizza l-laqgħa tax-xahar ta’ Novembru, nhar it-Tnejn, 4 ta’ […]