1. Bil-għajnuna t’Alla, bdejna x-xogħol tar-restawr tal-Knisja fuq in-naħa ta’ barra. Dak ta’ ġewwa mistenni jibda’ wkoll f’qasir żmien. Huwa ta’ sodissfazzjoni kbir għalina u għandna tama kbira li, bil-ħidma volontarja ta’ ħafna persuni u bil-ġenerożita’ kbira ta’ dawk li diġa qed igħinu bid-donazzjonijiet tagħhom dan il-proġett, hekk importanti u urġenti, inkunu nistgħu nwassluh fit-tmiem sal-aħħar ta’ Marzu li ġej. Hekk il-Knisja tkun lesta minn kollox għall-festi tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid u għall-Festa Titulari tal-Parroċċa tagħna fl-Lulju li ġej. Inħeġġu ħafna lill-dawk li sa’ issa għadhom ma tawx il-kontribuzzjoni tagħhom, u jixtiequ jagħmlu dan, sabiex jieħdu formola tal-ġbir ta’ fondi u wara li jimlewha, jagħtuha lill-Kappillan. Kull qatra tgħin sabiex inkunu nistgħu nżommu f’kundizzjoni xierqa dan il-patrimonju li writna minn missirijietna, li ħadmu għalih bl-għaraq ta’ gbinhom u għaddewħ lilna sabih u lest minn kollox.
  2. Il-Kummissjoni Parrokkjali Anzjani tavża li nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Novembru ser issir il-ħarġa tax-xahar. Tluq mis-Savoy Bus Stop fid-9.00am.
  3. Nhar il-Ħamis, 28 ta’ Novembru, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija ser issir il-prova tal-Ġriżma tal-Isqof li sejrin niċċelebraw fil-Knisja tagħna il-Ħadd ta’ wara, jiġifieri fl-1 ta’ Diċembru fid-9.30am. Dak inhar il-Quddiesa tal-11.00am issir minflok fil-11.30am.
  4. Nhar il-Ħamis ukoll, 28 ta’ Novembru, ser issir laqgħa għal-ġuvintur ġewwa il-M.U.S.E.U.M. fi Triq Santa Marija, fit-8.00pm.
  5. Il-Kummissjoni Parrokkjali Tfal se torganizza xi ħidmiet għal żmien il-Milied. Min huwa interessat ikellem lill-Fr. Alex jew lill-Rita, Mifsud, lill-Tessie Spiteri jew lill-Tony Terribile.
  6. Il-Kummissjoni Parrokkjali Tfal qed torganizza żewġ attivitajiet għat-tfal. L-ewwel waħda fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’Antnin, nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru, bejn it-3.00pm u s-6.00pm, u l-oħra s-Sibt 28 ta’ Diċembru, ħarġa ta’ ġurnata Popeye’s Village għall-familja kollha. Min huwa interessat jara l-posters li hemm fin-notice board tal-Knisja.
  7. Attivita’ b’risq il-Festa. Nfakkrukom fil-Bazaar li qed isir isir ġewwa ċ-Ċentru Parrokkjali Sant Antnin bejn 8.00am u t-8.00pm. Ikun hemm ħafna affarijiet għal bejgħ bi prezzijiet irħas.
  8. 8. Ser isir High Tea ġewwa s-sala taċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin nhar il-Ħadd li ġej, l-1 ta’ Diċembru, fit-3.30pm. Il-prezz, li jinkludi l-ikel u l-logħob tal-Bingo huwa ta’ €10.
  9. Il-Kalendarju tal-Parroċċa għas-sena 2014 ser jibda’ jitqassam minn nhar l-Erbgħa 27 ta’ Novembru. Ġentilment nitolbukom sabiex tlestu l-envelopes tad-donazzjoni tagħkom. Dawk li ma jkunx id-dar nitolbuhom iġibu id-donazzjoni tagħhom il-Knisja u jħalluha jew mal-Kappillan ma fil-qfief tal-ġbir waqt il-Quddies. Inħeġġu lil dawk il-helpers li jqassmu l-envelopes fid-djar sabiex jagħmlu dan qabel nhar l-Erbgħa li ġej. Grazzi mill-qalb.