Posts from January 2024

4 Items

IR-RABA’ HADD TAS-SENA – IL-HADD, 28 TA’ JANNAR, 2024

by Administrator

1. It-Tlieta 30 ta` Jannar, fis-6.30pm ssir il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Tony Mahoney jitkellem dwar “Dal biki għalfejn?” Kulħadd mistieden. 2. Il-Ħamis l-1 ta` Frar fil-5.30pm issir l-Adorazzjoni. 3. Il-Ġimgħa 2 ta` Frar, il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju u Jum ir-Reliġjużi. Fis-6.00pm l-Quddiesa Konċelebrata, jmexxi P. Julian Sammut O.F.M. . Fiha jsir it-Tberik tax-Xema` […]

IT-TIELED HADD TAS-SENA – IL-HADD, 21 TA’ JANNAR, 2O24

by Administrator

1. It-Tlieta 23 ta` Jannar, issir il-Laqgħa tal-Membri Franġiskani Sekulari fis-6.30pm. Il-Kappillan iwassal il-ħsieb tiegħu. Kulħadd mistieden. 2. Il-Ħamis 25 ta` Jannar, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa il-Lectio Divina. Hija ukoll il-Festa tal-Konverżjoni ta` San Pawl Appostlu, Patrun tal-Provinċja Franġiskana Maltija, u niċċelebrawha f’nofs il-Ġimgħa ddedikata lill-Ekumeniżmu. Nħeġġukom tingħaqdu magħna fit-Talb għall-Għaqda bejn il-Kristjani u […]

IL-TIENI HADD TAS-SENA – IL-HADD, 14 TA’ JANNAR 2024

by Administrator

1. Issa li għaddew iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Milied, nixtiequ nirringrazzjawkom, intom li tiffrekwentaw dan is-Santwarju, u lil kull min kien involut fit-tħejjijiet u fis-servizzi li ingħataw fl-attivitajiet Liturġiċi f’ambjent xieraq lill-istess Misteru tal-Twelid tal-Bambin għall-koperazzjoni u l-ġenerożita` li offrejtu. Il-Presepju se jibqa` espost fil-Knisja sat-2 ta` Frar, festa tal-Gandlora, l-aktar dis-sena tat- 800 sena mill-Presepju ta` Greccio, […]

L-EPIFANIJA TAL-MULEJ – IL-HADD, 7 TA’ JANNAR, 2024

by Administrator

L-Epifanija tal-MuleJ 1. Il-Ħadd 7 ta` Jannar, il-Maġi jaslu għall-Quddiesa tad-9.30am u jiddjalogaw mat- tfal u jagħtuhom tifkira qabel jitilqu. 2. It-Tnejn 8 ta` Jannar, il-laqgħa għall-Fratelli tas-Sagrament fid-9.30am ħdejn l- Uffiċċju Parrokkjali. Filgħaxija jerġa jibda l-Katekiżmu tat-tfal. It-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ħamis skond il- klassi. 3. It-Tlieta 9 ta` Jannar, il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari fis-6.30pm ħdejn […]