Ordni Franġiskan Sekular

110 of 209 items

“X’fettillek Mulej tigi fostna bhala tarbija?” – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Huti Frangiskani, Dan hu l-ewwel messagg tieghi ghal din is-sena. Kif dejjem nghidu, iz-zmien jghaddi u ma jistenna ‘l hadd. Diga ghaddew sittax-il-gurnata mis-sena l-gdida. Kuljum nersqu lejn dak il-jum li fih ninghataw kollhna kemm ahna lil Mulej. L-ahhar ghotja ta’ hajjitna! L-ahhar tahdita tieghi semmejtha: “X’fettillek Mulej tigi fostna bhala tarbija?” Ghidtilkom li kull […]

Il-Papa Emeritus Benedittu XVI – Mariella Spiteri Gonzi ofs

by Administrator

Kif qal l-Arċisqof Charles Scicluna, niftakkru u nsellmu bi gratitudni l-ħidma u l-memorja tal-Papa Emeritus Benedittu XVI. Benedittu XVI kien wieħed mill-aktar teologi kreattivi taż-żminijiet moderni, ħalla warajh għadd kbir ta’ kotba u kitbiet importanti. Hu kellu wkoll mħabba qawwija għall-pajjiżna u kien Benedittu XVI li kkanonizza l-maħbub Dun Ġorġ Preca fl-2017 fejn talab bil-Malti […]

L-Isem Imqaddes t’Alla – Tony Mahoney ofs

by Administrator

L-ISEM IMQADDES TA’ ĠESU Nhar it-tnejn, nhar l-ewwel tas-sena, iċċelebrajna s-Solennita ta’ Marija Omm Alla. Li hu nteressanti huwa l-fatt li dan it-titolu ta’ l-akbar dinjita, li bniedem jista’ qatt ikollu, instema’ għall-ewwel darba minn fomm waħda mara qaddisa, li forsi ftit nagħtuha mportanza, fi’ żminna. Qed nirreferi għal Santa Eliżabetta, qariba ta’ Marija.  Tiftakru […]

Kull bidu ghandu t-tmiem tieghu – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Huti Frangiskani, Il-Hadd li ghadda ccelebrajna b’ferh kbir it-Twelid tat-Tarbija Gesu, is-Salvatur taghna u l-Hadd li gej niccelebraw il-bidu ta’ Sena Gdida – 2023. Kull bidu ghandu t-tmiem tieghu.Il-paċi hija don fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna…Hekk tgħid il-barka li Mosè jitlob fuq il-poplu: “Ibierkek il-Mulej u jħarsek! Jixħet il-Mulej id-dija ta’ wiċċu fuqek […]

Il-Virtu ta’ l-Umilta – Pauline Darmanin ofs

by Administrator

Il- Virtu` ta’ l-Umilta Fit-tlellix, id-dwal, id-divertiment li jgib mieghu ic-celebrazzjoni tal-Milied ninsew li l-akbar taghlima li taghtina t-Tarbija ta’ Betlem, imwielda fis-sikta u d-dlam tal-lejl, hija dik ta’ l-Umilta. It -twelid fil-grotta, avveniment daqshekk semplici b’valur bla qies ghall-umanita ta’ kull zmien ra l-bidu tieghu f’cirkustanza daqshekk insinjifikanti. Din it-Tarbija, ghalkemm hija l-Iben t’Alla, […]

Il-Festa ta’ Santa Lucija – Joe Debono ofs

by Administrator

Gheziez huti frangiskani. Illum it-Tlieta 13 ta’ Dicembru  Ommna l-Knisja Mqaddsa tfakkarna fil-festa ta’ Santa Lucija, vergni u martri.  Isimha gej mill- kelma luce li tfisser dawl.  Ma tantx ghandna informazzjoni dwar din il-qaddisa li giet maqtula, minhabba fit-twemmin taghha, aktarx fis-sena 304 wara Kristu. L-istorja tghidilna li hi giet mixlija ma’ l-awtorijiet pagani ta’ […]

L-umilta ta’ Marija – Cecilia Attard ofs

by Administrator

L-UMILTA TA’ MARIJA L-umilta kbira ta’ Marija qatt ma nistghu nimmaginawha.  Hi kienet l-Immakulata Koncezzjoni……. perfetta f’kollox.  Marija garret kull virtu go qalba.  Hi l-Eva l-gdida, l-Omm  gdida tal-hajjin.  Hi onorata bhala r-Regina tas-Sema u ta’ l-Art ghall-eternita. Marija kellha kull ragun biex titkabbar u tippretendi l-unur u r-rispett  matul  hajjitha, izda fl-umilta taghha, ma ppretendit ebda dritt. Hi qatt ma talbet xi haga ghaliha, izda dejjem ghal haddiehor.  Meta fit-tieg ta’ Kana  avvicinat lil Gesu u gharfitu bis-sitwazzjoni tan-nuqqas ta’ l-inbid, hi qatt ma marret b’wiccha minn quddiem u tghidlu…”Ibni jiena ommok u trid taghmel dak li nghidlek jien.” Forsi mhux hekk naghmlu ahna  mat-tfal taghna. Izda hi le.  Qatt ma talbet xi haga mportanti ghaliha izda accettat biss li tkun Omm. F’riflessjoni li ghamel Patri Raniero Cantalamessa, OFM Cap, fid-dar tal-Papa waqt l-Ezercizzi Spiritwali, hu rrefera ghal kliem ta’ San Pawl fl-ittra lil Filippin (1:5-11) fuq il-Vergni Marija:   “Marija qatt ma fittxet dak li hu taghha ghad li kienet  Omm Alla,  izda hi nezat minn kollox u sejjhet lilha nfisa “Qaddejja” u ghexet b’semplicita u faqar bhal […]

Għaliex is-sofferenza? Għaliex il-ħażen? – Brigitte ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Il-Papa Ġwanni Pawlu II, fl-Ittra Appostolika Salvifici Doloris tal-1984, jixħet dawl fuq it-tifsira tas-sofferenza fil-ħajja tal-bniedem. Ir-redenzjoni tagħna seħħet permezz tas-sofferenza ta’ Ġesù fuq is-salib, u s-sofferenza tagħna hija magħquda mar-redenzjoni tagħna. Il-bniedem isofri fiżikament, mentalment, emozzjonalment kif ukoll moralment. Il-Mediċina tipprova ttaffi l-ewwel tlieta, imma ma’ agħmel […]

“Ħuti, ejjew noħolmu.” – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Gheziez huti Frangiskani, Ippermettuli, llum, naqsam maghkom zewg hsiebijiet profondi, wiehed mill-Papa Frangisku u l-ehor mill-Papa Benedittu XVI. “Ħuti, ejjew noħolmu. Noħolmu Knisja hekk: Knisja Ewkaristika. Magħmula minn bnedmin li jinqasmu bħala ħobż għal dawk kollha li qed jomogħdu s-solitudni u l-faqar, għal dawk li huma mġewħa għall-ħlewwa u għall-ħniena, għal dawk li ħajjithom qed […]

Il-Festa ta’ Kristu Re – Mariella Spiteri Gonzi ofs

by Administrator

Il-Festa ta’ Kristu Re Nhar il-Ħadd li ġej, 20 ta’ Novembru, il-Knisja tiċċelebra l-festa ta’ Kristu Re. Din il-festa, li taqa’ fl-aħħar Ħadd tas-sena liturġika, jiġifieri l-aħħar Ħadd qabel l-ewwel Ħadd tal-Avvent, ġiet istitwita mill-Papa Piju XI fl-1925, fl-enċiklika Quas Primas, sabiex tirrikonoxxi s-supremazija ta’ Ġesù Kristu fuq il-bnedmin u l-ġnus kollha. Kristu huwa tassew […]