Gheziez huti frangiskani.

Illum it-Tlieta 13 ta’ Dicembru  Ommna l-Knisja Mqaddsa tfakkarna fil-festa ta’ Santa Lucija, vergni u martri.  Isimha gej mill- kelma luce li tfisser dawl.  Ma tantx ghandna informazzjoni dwar din il-qaddisa li giet maqtula, minhabba fit-twemmin taghha, aktarx fis-sena 304 wara Kristu. L-istorja tghidilna li hi giet mixlija ma’ l-awtorijiet pagani ta’ dak iz- zmien minn zaghzugh li ried bilfors jizzewwigha izda billi hi kienet weghdet il-verginita taghha lil Dak li hi kienet thobb fuq kulhadd, Sidna Gesu’ Kristu, ma accettatx.  Kien zmien ta’ persekuzzjoni f’ Siracusa fejn kienet tghix din il-qaddisa u ghalhekk hija giet maqtula ghax zammet sod fil-fidi taghha.

Din il-qaddisa kienet stmata hafna mill-awtoritajiet tal-Knisja tant li isimha nsibuh imnizzel fost il-qaddisin  li nsemmu fit-talba Ewkaristika.   Santa Lucija kienet u ghada meqjuma bhala protetrici ta’ dawk kollha neqsin mid-dawl.  F’ Malta nsibu wkoll rahal msemmi ghaliha u hi wkoll il- patruna tal-parrocca ta’ l-Imtarfa.

Din il-festa tigi fi zmien ghaziz hafna ghalina l-insara, zmien fil-bidu tas-sena liturgika taghna, precizament fi zmien l-Avvent.   Kif nafu tajjeb il-Knisja tibni s-sena tagha madwar il-fundatur u l-Imghallem taghha, Kristu Innifsu.   Dak l-istess bniedem Alla li waqqafha.

L-Avvent huwa zmien ta’ erba’ hdud qabel il-Milied Imqaddes..   F’dawn l-erba’ gimghat il-Knisja tippreparana ghal migja tas-Salvatur taghna lkoll, Sidna Gesu’ Kristu fil-ghar fqajjar ta’ Betlehem li grat ftit aktar minn elfejn sena ilu.   F’dan iz-zmien ta’ l-Avvent, il-familji maltin kellhom id-drawwa li jarmaw il-presepju b’kull xorta ta’ pasturi, l-aktar tat-tafal, u l- Bambin rieqed fil-maxtura ghas-shana tat-tiben u ghan-nifsijiet tal-baqra u l-hmara ma’ genbu, taht il-harsa helwa ta’ l-ghaziza Ommu Marija Santissima u tal-missier putattiv tieghu San Guzepp. Xi gmiel!  Kemm konna niehdu gost narmaw il-presepji u l-grotti taghna meta konna zghar.  Tghid ghada hajja din id-drawwa tant ghaziza fit-tfal taghna jew forsi aktar medhijin illum bit-tablet, kompjuter, video games u tant rigali ohra li jaqalghu fil-Milied.

L-Avvent ifakkarna wkoll f’migja ohra ta’ Sidna Gesu Kristu.  Din id-darba mhux se nistennew lil Gesu jerga’ jitwieled imma nistennew lill-Gesu’ gej fil-glorja kbira tieghu fejn hu se jifred it-tajbin mill-hziena fl-ahhar gudizzju.  Hafna nies ma’ tantx jiehdu gost jisimghu fuq dawn iz-zminijiet ghax aktar jahsbu fl-ahhar tad-dinja. Imma in-nisrani ppreparat ma jibzax imma jifrah  bil-migja glorjuza tal-Mulej tieghu.

L-Avvent ukoll ifakkarna wkoll fit-tielet migja. Din hi l-migja ta’ Gesu’ fina, f’qalbna, specjalment meta ahna nircevuh fis-sider taghna, haj u divin, fl-Ewkaristija.

Fl-Avvent is-sacerdot jilbes il-vjola waqt il-quddies, kulur li jfisser penitenza ghalkemm fit-tielet hadd jilbes r-roza, sinjal ta’ ferh ghax il-Mulej ikun fil-qrib.   Tispikka wkoll il-girlanda maghmula minn cirku ahdar li jfisser Alla dejjem haj u li la ghandu bidu u lanqas tmiem.    Fuqha nsibu erba’ xemghat, tlieta vjola u wahda roza li jfissru l-erba’ hdud ta’ l-Avvent.   It-tfal jigu mhegga’ jaghmlu dawn il-girlandi li mbaghad igibuhom il-knisja biex iberikomlhom il-Kappillan.

U  ahna x’qed naghmlu biex nippreparaw ghal dawn it-tliet migjiet.  Qed nippreparaw ruhna tajjeb?  L-ahjar mod li bih nistghu nippreparaw ruhna ghal dawn il-grajjiet sbieh hija li nindmu minn dak kollha li ma joghgobx lil Alla li tant ihobbna u nsahhu r-ruh taghna bis-Sagramenti Mqaddsa, naghmlu xi ftit tal-penitenza u nzommu l-paci ma’ kulhadd.

Insellmilkom u nawgura lilkom u lill-familjari taghkom Milied hieni u qaddis u sena gdid mimlija risq, sahha, barka u paci fil-Mulej.

Pacu u  Sliem

Joe Debono ofs