Isir it-Tberik tat-Tfal.
1. Il-Ħadd 11 ta’ Diċembru : It-3 Ħadd tal-Avvent.
9.30am Isir it-Tberik tat-Tfal.
2. It-Tnejn 12 ta’ Diċembru : 5.00pm Il-Klassijiet tal-Katekiżmu tal-ewwel, it-tieni u t-tielet sena jiltaqgħu fil-Knisja għall-Preżentazzjoni bi preparazzjoni għall-Milied.
3. It-Tlieta 13 ta’ Diċembru : 6.30pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju. Kelliema hi Pauline Darmanin bis-suġġett “L-Iben t’Alla sar bniedem u għammar fostna”. Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd u tista’ tiġi segwita mill-webcam tal-Parroċċa.
4. L-Erbgħa 14 ta’ Diċembru : 5.00pm Il-Klassi tas-sitt sena u ż-Żgħażagħ li jattendu l-Pre Teens ikollhom Preżentazzjoni bi tħejjija għall-Milied.
5. Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru : 5.00pm Purċissjoni bil-Bambin fi Triq Viani bil-parteċipazzjoni tat-Tfal kollha tal-Katekiżmu u l-Familji tagħhom. Nibdew minn naħa ta’ Rue d’Argens.
Inkunu akkumpanjati bil-Kant tal-Milied.
6. Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru : Nagħtu bidu għan-Novena tal-Bambin Ġesu’ fil-knisja.
7. Il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru : 7.00pm Kunċert tal-Milied fis-Santwarju organizzat mill-Banda Ċittadina Sliema.
8. Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru : 9.30am Isir it-Tberik tal-Bambini waqt il-Quddiesa.
9. Nirringrazza lil dawk kollha : Li matul is-sena baqgħu jġibu Ikel u Prodotti oħra biex jitqassmu lil dawk fil-bżonn.
10. Napprezzaw il-Ponzjetti : Biex inżejnu s-Santwarju fil-Milied.
11. Il-Velja ta’ Lejlied il-Milied : Tibda fid-9.30pm.
Fl-10.00pm Purċissjoni bil-Bambin, Quddiesa bil-kant tal-Glorja u l-Priedka Tradizzjonali tal-Milied.
12. Il-Fondazzjoni tixtieq tappella lil kulħadd : Biex matul dawn il-Festi tal-Milied Tiftakru fis-Santwarju tagħna billi tagħtu donazzjoni. Napprezzaw ħafna.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm Kappillan / Gwardjan
TEL : 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments