Posts from February 2016

110 of 56 items

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 28 TA’ FRAR, 2016

by Administrator

Ħamis : Fil-5.00pm Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena Divina. Fis-6.30pm Lectio Divina. Ġimgħa : L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6.30pm Adorazzjoni komunitarja. Fis-7.30pm fiċ-Ċentru Parrokkjali ser issir laqgħa tar-Randan għall-membri tal-Kummissjoni Festi. Ir-reġistrazzjoni tal-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza, li ser issir fiċ-Ċentru Parrokkjali nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu mid-9.00am sas-6.00pm, hi miftuħa kuljum wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jew […]

GĦALIEX?

by Administrator

GĦALIEX? Għaliex ħija lill-Kbir Alla B’dak ilsienek toffendih? Forsi ma tafx li int u jien Nitħarrku u ngħixu fiH? Għaliex tmaqdar lil min ħalqek? Li f’idejh iżomm xortik Li tant ħabbek, bagħat lil Ibnu Sabiex b’demmu Hu jifdik! Għaliex inti b’qalb ingrata Tweġġa’ lill-Missier Qaddis? Forsi tinsa kemm iħobbok U għaliH kemm int għażiż. Qatt […]

“Velja ta’ Talb, – “Il-Pjan t’Alla għall-Fidwa tal-Bniedem”

by Administrator

Nhar it-Tlieta, 16 ta’ Frar, 2016, saret “Velja ta’ Talb” dwar il-Pjan t’Alla ghall-Fidwa tal-bniedem, immexxija mill-Gwardjan Patri Pawl Galea OFM, fis-sede tal-Ordni Frangiskan Sekular. Din kienet attivita specjali ghal zmien ir-Randan. Ghal din il-Velja li kienet miftuha ghal kulhadd attendiet gemgha sabiha u kienu bosta dawk li hadu parti attiva fiha. Proist tassew lill-orginazzaturi.

TAGĦRIF IMPORTANTI DWAR IL-MARATONA – 9 siegħat ta’ Talb, Sawm u Penitenza

by Administrator

TAGĦRIF IMPORTANTI DWAR IL-MARATONA 1. DATA: 13 ta’ Marzu, 2016. POST: Ċentru Parrokkjali, Triq San Ġwann Battista, Sliema. 2. Il-bibien jinfetħu fit-8.30am. 3. Il-Maratona tibda eżatt fid-9.00am u tispiċċa fis-6.00pm. 4. L-użu tal-mobajl huwa restritt ħafna (penitenza). 5. Il-Maratona ser issir b’risq id-Dar tal-Providenza 6. Mar-Reġistrazzjoni għandha tingħata donazzjoni ta’ €5. 7. Agħmlu l-mezz li […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 21 TA’ FRAR, 2016

by Administrator

L-Erbgħa: Fid-9.00am nitilqu mis-Savoy bus stop għal pellegrinaġġ tal-Ġublew fl-Isla. Ser ikun hemm ħin għall-Qrar u Quddiesa. Biljetti jinkisbu mingħand Simiana’s Confectionery u Simler’s Confectionery. Tħallux għall-aħħar. Minħabba dan il-pellegrinaġġ, l-Uffiċċju Parrokkjali mhux ser jiftaħ. Il-Ġimgħa: Fis-6.30pm ser isir pellegrinaġġ penitenzjali mill-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris sa’ dik ta’ Ġesu Nazzarenu. Imexxi dan il-pellegrinaġġ Mons. […]

“L-abbozz ta’ liġi jqajjem kwistjonijiet etiċi u legali serji”

by Administrator

Minn Marion Zammit – 20/02/16 Il-Knisja f’Malta, permezz ta’ grupp ta’ esperti, qed tisħaq li l-abbozz ta’ liġi dwar l-affermazzjoni tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità u l-espressjoni tal-ġeneru jqajjem kwistjonijiet etiċi u legali serji. Id-dokument imħejji bil-għan li l-Knisja tikkontribwixxi għad-diskussjoni, jispjega li l-abbozz ta’ liġi minflok ma jippromwovi l-kunċett ta’ kultura inklussiva ta’ dinjità għal kulħadd, […]

Pellegrinaġġ b’Ġesu’ Redentur biex isir talb għax-xita

by Administrator

Minn Stefan Pullicino – 20/02/16 L-Isqof t’Għawdex Mario Grech qal li n-nuqqas ta’ xita qed jinħass sew u qed ikollu konsegwenzi fuq l-uċuħ tar-raba’ u l-frott tagħha. F’Ittra Ċirkulari li qed tinqara fil-knejjes tad-Djoċesi ta’ Għawdex, l-Isqof Grech qed isejjaħ lill-bdiewa u lill-poplu kollu ta’ Alla fi gżiritna biex jieħdu sehem f’Pellegrinaġġ Penitenzjali bl-istatwa ta’ […]