Posts by Administrator

110 of 1378 items

IT-TIENI HADD TAL-GHID – IL-HADD, 12 TA’ APRIL, 2026

by Administrator

1. It-Tnejn 13 t’April, jerġgħu jibdew il-klassijiet tal-katekiżmu u jiftaħ l-Uffiċċju Parrokkjali. Fis-7.00pm jiltaqa` il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 2. It-Tlieta 14 t’April, l-O.F.S. ikollhom il-laqgħa fis-7.00pm, minn Peter Darmanin: “Qawmien Ġdid”, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd jista` jattendi. 3. L-Erbgħa 15 t’April, fis-6.30pm se jkun hawn il-Quddiesa ta` Fejqan Spiritwali, mill-Kummissjoni kontra l-Okkult u […]

IL-QAWMIEN TAL-MULEJ MILL-IMWIET – IL-HADD, 5 TA’ APRI;, 2026

by Administrator

1. Illum Ħadd il-Għid il-Kbir ta` Sidna Ġesu` Kristu,aħna l-patrijiet nixtiequ nwasslu tislijiet ta`Sliem, Faraġ u Tama lilkom ilkoll u lill-familji tagħkom. Filwaqt li napprezzaw il-ħbiberija sinċiera tagħkom li flimkien mat-talb u l-ġenerożita` li toffrulna kuljum, jgħinuna ngħixu l- vokazzjoni tagħna. Nirringrazzjaw lil kull min offra s-sehem tiegħu fiċ-ċelebrazzjonijiet u t-tħejjija tas-Santwarju biex il-Ħniena t’Alla […]

IL-HAMES HADD TAS-SENA – IL-HADD, 8 TA’ FRAR, 2026

by Administrator

1. It-Tlieta 10 ta` Frar, il-Festa tan-Nawfraġju ta` Missierna San Pawl, f’Malta. Hija festa kmandata, għalhekk il-ħinijiet tal-Quddies ikun bħal tal-Ħdud, u l-Quddiesa tat-Tnejn, lejlet il-festa fis-6.00pm tissodisfa l-obbligu tal-Quddiesa. 2. It-Tlieta, f’jum il-festa, fl-10.00am se jsir Bingo English Breakfast fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja. Donazzjoni ta` €20. 3. L-Erbgħa 11 ta` Frar, niċċelebraw l-Ewwel […]

IR-RABA HADD TAS-SENA – IL-HADD, 1 TA’ FRAR, 2026

by Administrator

1. Illum qed isir Cake Sale fuq i-zuntier, organizzat mill-Kummissjoni Festi, b’risq il- Festa tal-Madonna fl-Ewwel Ħadd ta` Lulju. 2. It-Tnejn 2 ta` Frar, il-Festa tal-Presentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju. Fis-6.00pm il-Quddiesa u jsir it-tqassim tax-xema` mbierka tal-Gandlora. Fl-aħħar tal-Quddiesa l-Bambin jittieħed proċessjonalment fil-Kappella tas-Sagrament fin-niċċa tiegħu. 3. It-Tlieta 3 ta` Frar, l-O.F.S. jiltaqgħu għal-laqgħa minn P. […]

IL-FESTA TAL-KONVERZJONI TA’ SAN PAWL – IL-HADD,25 TA’ JANNAR, 2026

by Administrator

1. Illum il-Festa tal-Konverżjoni ta` San Pawl – Protettur tal-Provinċja Franġiskana Maltija, ningħaqdu it-talb għalina l-Patrijiet u għal aktar vokazzjonijiet, speċjalment f’din is-sena tal-Kapitlu Provinċjali. Bi Tħejjija, din il-ġimgħa se jkun hawn fostna P. Ġorġ Massinelli O.F.M., delegat tal-Ministru Ġeneral, biex janalizza u jiddiskuti l-qagħda tal-Patrijiet u l-ħidma tal-Parroċċa. 2. Il-Provinċja Franġiskana illum/il-bieraħ fetħet is-Sena […]

IT-TIENI HADD TAS-SENA – IL-HADD, 18 TA’ JANNAR, 2026

by Administrator

1. It-Tnejn 19 ta` Jannar, fis-6.30pm, Laqgħa tal-Ushers, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 2. It-Tlieta, 20 ta` Jannar, l-O.F.S. ikollhom il-laqgħa minn P. Julian Sammut O.F.M. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd jista` jattendi. 3. Il-Ħamis 22 ta` Jannar, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Lectio Divina. 4. Is-Sibt 24 ta` Jannar, il-Provinċja Franġiskana tiftaħ iċ-Ċentinarju ta` San Franġisk Missierna – […]

IL-MAGHMUDJA TAL-MULEJ – IL-HADD, 11 TA’ JANNAR, 2026

by Administrator

1. It-Tnejn 12 ta` Jannar, jibda l-Katekiżmu għall-ewwel, it-tieni u t-tielet sena, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali fil-5.00pm. 2. It-Tlieta, 13 ta` Jannar, l-O.F.S. jiltaqgħu fis-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Il-laqgħa se ssir minn Pauline Darmanin: “Ejja Warajja”. Kulħadd mistieden. 3. Il-Ħamis 15 ta` Jannar, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Lectio Divina. 4. Il-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa se jorganizza Kors […]

L-EPIFANIJA TAL-MULEJ – IL-HADD 4 TA’ JANNA, 2026

by Administrator

1. Il-Ħadd 4 ta` Jannar, f’Jum il-Festa tat-tliet Slaten Maġi, fil-Quddiesa tad-9.30am nassistu għall-wasla tagħhom fil-Knisja, joffru r-rigali lill-Bambin u jsir djalogu bejniethom u t-tfal. Illum fil-Quddiesa tal-11.00am nifirħu ma` Ġużi Risso f’għeluq il-100 Sena tiegħu. Nirringrazzjawh għas-snin ta` servizz li offra lis-Santwarju w lill-Kunvent. Ad multos Annos 2. It-Tnejn 5 ta` Jannar, jerġa` jiftaħ […]

IL-FAMILJA MQADDSA TA’ GESU. MARIJA U GUZEPPI – IL-HADD 28 TA’ DICEMBRU, 2025

by Administrator

1. Il-Ħadd 28 ta` Diċembru, fi tmiem il-Ġublew tat-Tama, l-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa fis-6.00pm fil-Katidral tad-Djoċesi, l-Imdina. Kulħadd huwa mistieden. 2. Mit-Tnejn 29 sal-Erbgħa 31 ta` Diċembru, Jiem ta`Tifħir u Talb ‘l Alla f’Għeluq is-Sena 2025. Fit-8.30am u fil-5.30pm, nitolbu r-Rużarju quddiem Ġesu` Sagramentat Espost. Ejjew ngħidu GRAZZI ‘l Alla għal Sena oħra ta` ħajja u […]

IR-RABA’ HADD TAL-AVVENT – IL-HADD, 21 TA’ DICEMBRU, 2025

by Administrator

1. Il-Ħadd 21 ta` Diċembru, wara l-Quddiesa tad-9.30am għat-tfal li fiha jitbierku l-Bambini u l-Presepji, għal ħabta tal-10.30am toħroġ il-Purċissjoni tal-Bambin akkumpanjata bid-daqq tal-Għanjiet tal-Milied mill-Banda Sliema fit-toroq San Trofimu, San Alfons, Sant’ Elena, Manwel Dimech, Rudolfu u San Trofimu. Fl-aħħar tal-Purċissjoni jitqassam il-ħelu lit-tfal. 2. It-Tnejn 22 u t-Tlieta 23 ta` Diċembru, l-aħħar jumejn […]