1. It-Tnejn 13 ta` Mejju, fid-9.30am laqgħa għall-Fratelli tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Fil-Parroċċa ukoll Jum ta` Sawm u Talb għall-Paċi fid-dinja, fit-tifkira tal-Ewwel Dehra tal-Madonna f’Fatima.
Mid-9.30am sas-6.30pm Talb Kontinwu tar-Rużarju quddiem Ġesu` Espost.
Fis-7.00pm, il-laqgħa tal-Ushers.

2. It-Tlieta 14 ta` Mejju, il-laqgħa tal-O.F.S. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali, wara l-Quddiesa tas-6.30pm. Jitkellem
Peter Darmanin “Aħna ilkoll ulied tal-istess Missier”. Kulħadd mistieden.

3. L-Erbgħa 15 ta` Mejju, appell lill-Komunita` Parrokkjali biex nibdew niċċelebraw is-7 Erbgħat ta` tħejjija
Spiritwali għall-Festa tas-Sultana Tagħna fis-7 ta` Lulju.
Fis-6.00pm in-Novena Perpetwa u fis-6.30pm Quddiesa bl-Omelija minn P. Aaron Zahra O.P.. Mistiedna l-Fratelli tas-Sagrament u tal-Madonna.
Wara l-Quddiesa, Laqgħa Soċjali għall-Membri tal-Kummissjoni Festi fil-bitħa tal-Kunvent.

4. Il-Ħamis 16 ta` Mejju, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u l-Lectio Divina wara l-Quddiesa.

5. Il-Ġimgħa 17 ta` Mejju, Festa ta` San Baskal Baylon, fis-6.30pm Quddiesa bl-Omelija għall-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament.
Fis-7.30pm Laqgħa Edukattiva fiċ-Ċentru Sant’ Antnin. Kulħadd mistieden jattendi w jagħti l-esperjenza dwar il-Possibilta` tas-Serenita` f’dinja mqallba u mimlija tensjonijiet.

6. Il-Ħamis u l-Ġimgħa jkomplu ż-żjajjar mill-5.30pm ‘l quddiem lill-familji tal-Parroċċa li applikaw u jkunu avżati minn qabel.

7. Is-Sibt 11 ta` Mejju, Ċelebrazzjoni Djoċesana ta` Għid il-Ħamsin fil-Parroċċa ta` San Publiju, l-Furjana fis-7.30pm.

8. Is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta` Mejju ssir l-ewwel Ġabra Speċjali b’risq iċ-Ċelebrazzjonijiet fil-Knisja u t-triqat li se jsiru fil-Festa tal-Madonna fl-ewwel ġimgħa ta` Lulju. Nappellaw li tkunu ġeneruzi u nirringrazzjawkom.

9. Il-Ħadd 19 ta` Mejju, fil-Quddiesa tal-11.00am se jkun hawn l-Amministrazzjoni ta` Dar Bjorn biex
nippreżentawlhom id-donazzjoni li nġabret fil-Parroċċa matul ir-Randan.

10. Il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tal-Bjut li se tkompli fuq is-saqaf prinċipali tas-Santwarju kienet €1,845.
Nirringrazzjawkom tal-Ġenerożita` għax ħallasna l-ewwel fażi, €20,000.
Fin-Notice Board fl-Altar tal-Qalb ta` Ġesu’, hemm ritratti tax-xogħol li sar u Rendikont ta` kull ma nġabar minn
Diċembru sal-Ħadd li għadda – Total ta’ €24,543.
Napprezzaw jekk tkomplu tgħinuna bid-donazzjonijiet u bil-Ġabra tal-Ewwel Ħadd tax-Xahar biex nħallsu l-ispiża l-ġdida ta` €28,320.00.

11. It-Tnejn 20 ta` Mejju, Ħarġa għal Għawdex, tistgħu tibbukkjaw sas-Sibt li ġej mingħand Marianne Bonaci u Margaret Cini.

12. Illum nawguraw, nirringrazzjaw u nitolbu għall-Ommijiet kollha għall-missjoni qalbiena fil-familji tagħna.
Nitolbu għal Mary Rose Bonello u għall-ommijiet li daħlu fil-Ħajja ta` Dejjem. Agħtihom O Mulej ……….

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433

===============================================================

Ir-Rendikont tal-Ġbir kollu li sar b’risq l-Ewwel Fażi tal-Manutenzjoni tal-Bjut tal-Knisja.

Mill-Ewwel Ħadd ta` Diċembru 2023 sa l-Ewwel Ħadd ta` Mejju 2024.

 Donazzjonijiet ta` €200 u oħrajn mogħtija lill-Kappillan: €12,405.00
 Ġbir Speċjali ta` kull l-Ewwel Ħadd tax-Xahar:

Diċembru: €1,665.00
Jannar: €2,540.00
Frar: €2,010.00
Marzu: €2,063.00
April: €2,015.00
Mejju: €1,845.00
Total: €12.138.00
L-Ammont Globali: €24,543.00

Nirringrazzjawkom għall-ĠENEROŻITA` tagħkom. Nħeġġukom tkomplu tgħinuna bid-
donazzjonijiet għall-Manutenzjoni li jmiss: Il-Bejt kollu tas-Santwarju bl-ispiża ta`

€28,320.00

Fondazzjoni Manutenzjoni

P. Martin Coleiro O.F.M.
Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor Kappillan/Gwardjan