Posts from September 2023

4 Items

IL-HAMSA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 24 TA’ SETTEMBRU, 2023

by Administrator

1. Qed isir ġbir ta’ fondi organizzat mill-Caritas b’risq il-Marokk u l-Libja li sofrew traġedji naturali u minbarra li ħallew eluf ta’ nies mejta, ħafna li baqgħu ħajjin spiċċaw b’xejn. Tistgħu tgħaddu donazzjoni lill-Kappillan jew li xi Patri jew tibgħatuha direttament fl-Account Number kif issibu fil-Facebook Page tal-Parroċċa. Bħala Komunita` se ssir ġabra Nhar il-Ġimgħa […]

L-ERBA’ U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 17 TA’ SETTEMBRU, 2023

by Administrator

1. Il-Ħadd 17, it-Tnejn 18 u l-Ħadd 24 ta’ Settembru se ssir ir-reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu. Il-Ħdud bejn l-10.15am u 12.00pm u t-Tnejn bejn 5.00pm u 7.00pm. Ir-reġistrazzjoni ssir ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 2. It-Tnejn, il-Kappillan se jkompli jiltaqa` mal-Għaqdiet. Għada t-Tnejn se jiltaqa` mal-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, nhar l-Erbgħa 20 ta’ Settembru se jiltaqa` mal-Katekisti tal-Pre-Teens u […]

IT-TLIETA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 10 TA’ SETTEMBRU, 2023

by Administrator

1. Il-Ġabra Speċjali li saret b’risq il-Knisja fil-weekend li għadda kienet €1,470. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita` tagħkom. 2. Nerġgħu infakkru lil dawk li jixtiequ jissieħbu mal-Konfraternita` tal-Madonna, il- Vestizzjoni ssir fis-27 ta’ Settembru u lil dawk l-irġiel li jixtiequ joffru s-servizz tagħhom bħala Ushers fil-Knisja u lil dawk li jixtiequ ikunu Letturi. 3. Nhar il-Ħadd li ġej […]

IT-TNEJN U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 3 TA’ SETTEMBRU, 2023

by Administrator

1. Illum nawguraw lill-Kappillan, lill-Kleru u l-Komunita` Parrokkjali ġirien tagħna fl-okkażżjoni tal-festa tal-Patrun tagħhom San Girgor. Nawguraw ukoll lill-Kappillan u l-Komunita` Dumnikana u l-Parruċċani ta’ Ġesu` Nazzarenu fl-okkazzjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa f’ tas-Sliema. Nwegħduhom it-talb u l-koperazzjoni tagħna. 2. Għada / illum il-Ħadd, Fra Andre` Bonaci, Fra Christopher Bilocca u Fra Darren Abela jintrabtu […]