1. Qed isir ġbir ta’ fondi organizzat mill-Caritas b’risq il-Marokk u l-Libja li sofrew traġedji naturali u minbarra li ħallew eluf ta’ nies mejta, ħafna li baqgħu ħajjin spiċċaw b’xejn.
Tistgħu tgħaddu donazzjoni lill-Kappillan jew li xi Patri jew tibgħatuha direttament fl-Account Number kif issibu fil-Facebook Page tal-Parroċċa.
Bħala Komunita` se ssir ġabra Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru f’ Jum l-Anniversarju tal-
Inkurunazzjoni fil-Quddiesa ta’ filgħaxija.

2. Nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru ssir il-laqgħa tal-Ushers fis-7.00pm.

3. Nhar l-Erbgħa 27, il-Ħamis 28 u l-Ġimgħa 29 ta’ Settembru aktar milli nfakkru , ejjew inġeddu l-Fiduċja w ir-Rabta tagħna mas-Sultana Tagħna fil-Ħames Anniversarju tal-Inkurunazzjoni.
 Nhar l-Erbgħa Stedina Speċjali għall-Quddiesa ta’ filgħaxija għall-Għaqdiet msemmija fil-
Programm li jagħtu Servizz fil-Knisja.
 Nhar il-Ħamis Stedina għat-tfal u għal dawk l-ommijiet li qed jistennew tarbija jew kellhom tarbija din is-sena biex jipprezentawhom lill-Madonna.
 Nhar il-Ġimgħa Jum l-Anniversarju, fid-9.00am Quddiesa għall-Anzjani bil-Griżma tal-Morda.
Mill-10.00am sal-5.30pm talb kontinwu tar-Rużarju quddiem ix-xbieha tal-Madonna
Inkurunata.
Fis-6.30pm Quddiesa Solenni bis-sehem tal-Fratellanza tal-Madonna mill-E.T. Mons. Ġorġ Frendo O.P. Fl-aħħar jitkanta t-Te Deum.

4. Min għandu tfal mwielda fis-sena 2018 u se jagħmlu l-preċett fl-2025, il-Parroċċa tipprovdilhom Klassi ta’ tagħlim kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5.00pm u 5.45pm.
Kull min hu responsabbli mit-tfal fil-familja għandu jħoss id-dmir li jikteb it-tfal għall-Katekiżmu, li huwa prijorita` fost ħafna opportunitajiet oħra għall-iżvilupp sħiħ tagħhom, ladarba kienet ittieħdet deċiżjoni li jitgħammdu.

5. Nhar il-Ħadd 1 ta’ Ottubru, stedina speċjali għall-ġenituri, tfal u għalliema biex issir Barka fuqhom u fuq oġġetti tal-iskola fil-Quddiesa tad-9.30am.

6. Nhar il-Ħadd l-Ewwel Ħadd ta’ Ottubru se ssir il-Ġabra Speċjali b’ risq il-Festa ta’ San Franġisk fit-8 ta’ Ottubru.
Bħalissa qed isiru taħditiet ma Ministeri Governattivi dwar għajnuna finanzjarja li jekk aħna eliġibbli għaliha, se jgħinuna f’ħidmiet u restawr tal-Knisja u l-Kunvent.
Il-Fondazzjoni tkompli tħeġġeġ għad-donazzjonijiet ta’ €1 fil-ġimgħa biex tgħinu għall-ispejjeż ta’ Manutenzjoni li jkollhom il-Knisja u l-Kunvent kontinwament. Napprezzaw jekk tibqgħu tissapportjawna.

7. Se jsir Kors Bibliku mill-Kummisarjat tal-Art Mqaddsa. Hemm Formoli għal min hu interessat ħdejn
il-bibien tal-Knisja.

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433