Posts from December 2013

3 Items

29 ta’ Diċembru, 2013

by Admin

Nhar it-Tnejn u nhar it-Tlieta nagħmlu l-kwaranturi. Ġesu’ Sagramentat ikun espost il-ġurnata kollha, minn wara l-Quddiesa tad-9.00am sal-5.00pm. Il-Kappella tal-adorazzjoni ma tkunx miftuħa. Inħeġġukom ħafna sabiex tippjanaw ftit tal-ħin fis-skiet u l-ġabra f’riġlejn Ġesu’ Sagramentat f’dawn l-aħħar mumenti ta’ din is-sena li waslet biex tintemm. Nhar it-Tlieta filgħaxija, lejliet l-Ewwel tas-Sena, il-Quddies ikun fil-5.00pm u […]

15 ta’ Diċembru, 2013

by Admin

Nhar it-Tnejn tibda’ n-Novena tal-Milied tat-tfal. It-tfal se janimaw il-Quddiesa ta’ nhar it-Tnejn u ta’ nhar il-Ġimgħa, filwaqt li fil-jiem l-oħra se jsiru laqgħat fil-M.U.S.E.U.M. fil-5.30pm. It-tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom huma mħeġġin li jattendu. Matul din il-ġimgħa tan-Novena tal-Milied, fil-Quddiesa tas-6.00pm nagħmlu flimkien it-talba tal-Għasar, ikollna ħsieb qasir u wara l-Quddiesa tingħatha l-Barka Sagramentali. Matul […]

8 ta’ Diċembru, 2013

by Admin

Il-Ġabra Speċjali li għamilna fil-Quddies tas-Sibt u l-Ħadd li għadda b’risq il-Knisja kienet ta’ €624.72. Kif tistgħu taraw, ix-xogħol fuq barra miexi sewwa, waqt li ix-xogħol fuq ġewwa mistenni jibda’ fis-6 ta’ Jannar, 2014, għalkemm il-ġebel tal-kolonni ser jibdew jinħadmu minn issa fil-workshop ta’ Agius Stoneworks. S’issa nġabbret is-somma sabiħa ta’ €51,480. Minnhom diġa’ tħallsu […]