1. Nhar it-Tnejn u nhar it-Tlieta nagħmlu l-kwaranturi. Ġesu’ Sagramentat ikun espost il-ġurnata kollha, minn wara l-Quddiesa tad-9.00am sal-5.00pm. Il-Kappella tal-adorazzjoni ma tkunx miftuħa. Inħeġġukom ħafna sabiex tippjanaw ftit tal-ħin fis-skiet u l-ġabra f’riġlejn Ġesu’ Sagramentat f’dawn l-aħħar mumenti ta’ din is-sena li waslet biex tintemm.
  2. Nhar it-Tlieta filgħaxija, lejliet l-Ewwel tas-Sena, il-Quddies ikun fil-5.00pm u fis-6.30pm. Wara l-Quddiesa tas-6.30pm nitolbu t-Te Deum, u nagħlqu s-Sena bil-Barka Sagramentali. Nhar l-Ewwel tas-Sena, l-Quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.
  3. Infakkrukom li minn nhar il-Ħamis 2 ta’ Jannar, 2014, ma jkollnix aktar il-Quddiesa tat-8.15am, kif konna diġa’ avżajnikom f’Ottubru li għadda.
  4. Minn nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Jannar, 2014, sa avviż ieħor, il-Quddies kollu ta’ filgħodu, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, ser jibda’ jsir ġewwa Sala Padova, minħabba x-xogħol ta’ restawr li jkun għaddej fil-Knisja.
  5. Il-Komunita’ Franġiskana tawgura lilkom lkoll u lill-familji kollha tagħkom Sena Ġdida tajba, mimlija b’kull riżq u barka tas-sema.