Avviżi tal-Parroċċa

110 of 409 items

IT-TLIETA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 10 TA’ SETTEMBRU, 2023

by Administrator

1. Il-Ġabra Speċjali li saret b’risq il-Knisja fil-weekend li għadda kienet €1,470. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita` tagħkom. 2. Nerġgħu infakkru lil dawk li jixtiequ jissieħbu mal-Konfraternita` tal-Madonna, il- Vestizzjoni ssir fis-27 ta’ Settembru u lil dawk l-irġiel li jixtiequ joffru s-servizz tagħhom bħala Ushers fil-Knisja u lil dawk li jixtiequ ikunu Letturi. 3. Nhar il-Ħadd li ġej […]

IT-TNEJN U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 3 TA’ SETTEMBRU, 2023

by Administrator

1. Illum nawguraw lill-Kappillan, lill-Kleru u l-Komunita` Parrokkjali ġirien tagħna fl-okkażżjoni tal-festa tal-Patrun tagħhom San Girgor. Nawguraw ukoll lill-Kappillan u l-Komunita` Dumnikana u l-Parruċċani ta’ Ġesu` Nazzarenu fl-okkazzjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa f’ tas-Sliema. Nwegħduhom it-talb u l-koperazzjoni tagħna. 2. Għada / illum il-Ħadd, Fra Andre` Bonaci, Fra Christopher Bilocca u Fra Darren Abela jintrabtu […]

IL-WIEHED U GHOXRIN HADD TA’ SENA – IL-HADD, 27 TA’ AWWISSU, 2023

by Administrator

1. Wara l-waqfa tas-sajf u qabel ma nibda uffiċċjalment il-ħidma tiegħi ta’ Kappillan, fid-19 ta’ Novembru li ġej, se niltaqa` mal-għaqdiet. Nhar it-Tnejn 28 ta’ Awwissu se niltaqa` mal-Ushers u nhar l-Erbgħa 30 ta’ Awwissu mal-Letturi, Animaturi u membri tal-Korijiet, fis-7.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 2. Nhar il-Ġimgħa, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, isir it-tqarbin lill-anzjani u morda […]

L-GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 20 TA’ AWWISSU, 2023

by Administrator

1. It-Tnejn 21, It-Tlieta 22 u l-L-Erbgħa 23 t’ Awwissu huma 3 ijiem importanti għalina bħala Parroċċa. Jiem ta’ Ċelebrazzjoni fl-okkażżjoni tal-Konsagrazzjoni ta’ ħuna Mons. Sandro Overend Rigillo O.F.M., iben il-Parroċċa, bħala l-Isqof il-ġdid ta’ Bengazi, fil- Libja. Ilkoll għandna nħossuna fid-dmir li niġu nieħdu sehem fihom: It-Tnejn fis-7.00pm, Velja ta’ Talb. It-Tlieta fis-6.00pm, il-Konsagrazzjoni […]

ID-DSATAX-IL HADD TAS-SENA – IL-HADD, 13 TA’ AWWISSU, 2023

by Administrator

1. Nhar it-Tlieta 15 ta’ Awwissu hija l-Festa ta’ Santa Marija. Hija Festa Pubblika u hemm l-obbligu tal-Quddies. It-Tnejn lejlet il-Festa ma jkunx hawn il-Quddiesa tal-5.00pm, ikun hawn il-Quddiesa fis-6.30pm. It-Tlieta il-Quddies ikun bħal tal-Ħadd. Għada t-Tnejn 14 ta’ Awwissu l-Uffiċċju Parrokkjali ma jiftaħx. 2. Il-Ġabra Speċjali li saret il-Weekend li għadda b’risq il-bżonnijiet tal-Knisja, […]

IT-TRASFIGURAZZJONI TAL-MULEJ – IL-HADD, 6 TA’ AWWISSU, 2023

by Administrator

1. Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Awissu niċċelebraw il-festa ta’ Santa Klara t’Assisi, is-sieħba fl- idejal tal-Vanġelu ta’ San Franġisk. B’xorti kbira f’ pajjizna għandna l-Monsateru tas-Sorijiet Klarissi f’San Ġiljan. Għandna nkunu grati għall-missjoni ta’ ħajja ta’ talb lijoffru għalina. Nistgħu nirreċiprokaw b’talbna għalihom u għal aktar vokazzjonijiet.2. Nifirħu, nawguraw u nitolbu għal Rafel Gatt, abbati […]

IS-17 IL-HADD TAS-SENA – IL-HADD, 30 TA’ LULJU, 2023

by Admin

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Awissu hija l-Festa tal-Kappella ta’ Santa Marija tal-Anġli tal-Porzjunkola f’Assisi. Hija l-Festa tal-Ħniena t’Alla għall-midinbin kollha li San Franġisk kien talab mingħand Ġesu`Sidna u Marija Ommu u Ommna. Biex nirċievu din il-grazzja mistiedna nersqu lejn is-Sagramenti tal-Qrar u ta’ l-Ewkaristija. Fil-Quddies kollu se ssir il-Vista lis-Sagrament u fis-6.30pm niltaqgħu għall-Quddiesa tal-Festa […]

IS-16 IL-HADD TAS-SENA – IL-HADD, 23 TA’ LULJU, 2023

by Administrator

1. Bħala Provinċja u Parroċċa Franġiskana nroddu ħajr ‘l Alla għad-Don ta’ iben din il-Parroċċa, Mons. Sandro Overend Rigillo, l-Isqof il-ġdid ta’ Bengazi, l-Libja. L-Ordinazzjoni tiegħu se ssir f’dan is-Santwarju nhar it-Tlieta 22 ta’ Awissu. It-tħejjijiet bdew, imma importanti t-talb tagħna għalih. 2. It-Tnejn, 24 ta’ Lulju se ssir laqgħa importanti mal-Katekisti li se jgħallmu […]

IL-HMISTAX-IL HADD TAS-SENA – IL-HADD 16 TA’ LULJU, 2023

by Administrator

1. Kif ġa ħabbarna se ssir manutenzjoni urġenti fuq is-saqaf ta’ Sala Padova fejn jintrefa’ l-armar tal-festa tal-Knisja. L-istima għax-xogħol u li se jibda fil-ġimgħat li ġejjin hi ta’ €5000. Napprezzaw kull offerta imma nħeġġeġ li min jista’ jagħti donazzjoni ġeneruża. S’issa ġbarna €290 u l-ġabra tal-ewwel Ħadd t’Awissu se tmur għal dan l-iskop. Grazzi […]

IT-TLETTAX IL-HADD TAS-SENA – IL-HADD, 2 TA’ LULJU, 2023

by Administrator

Nirringrazzjaw lis-Sultana Tagħna tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesu’ 1. Il-Festa ntemmet b’wiċċ il-ġid. Ir-ringrazzjamenti jmorru lejn kulħadd. 2. Nagħtu Merħba fostna : Lil Kappillan u Gwardjan il-ġdid Patri Martin Coleiro ofm. Kif ukoll lil Ekonomu Patri Julian Sammut ofm. 3. Is-Sibt u l-Ħadd li ġej : Fr Paul Attard ofm ser jirringrazzja u jsellem lil kulħadd […]