Isir it-Tberik tal-Bambini.
1. Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru : Ir-4 Ħadd tal-Avvent.
9.30am Isir it-Tberik tal-Bambini.
2. It-Tlieta 20 ta’ Diċembru : 9.30am L-Istudenti ta’ St Benild ikollhom Purċissjoni bil-Bambin mill-Iskola għas-Santwarju tagħna. 6.30pm Messaġġ qasir minn Peter Darmanin bis-suġġett : “L-Imbierka Maxtura”, fis-Santwarju. Wara l-laqgħa se jkun hemm Riċeviment żgħir għal Membri tal-OFS ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.
3. Is-Sibt 24 ta’ Diċembru : 5.00pm u 6.30pm Quddies tal-Vġili tal-Milied.
9.30pm Velja tal-Milied mill-Kor tat-Tfal tal-Parroċċa. 10.00pm Purċissjoni tal-Bambin, Quddiesa bil-Kant tal-Glorja u Priedka tradizzjonali mit-tfal Layla Vella u Daniel Busuttil.
4. Il-Ħadd 25 ta’ Diċembru : Il-Milied Imqaddes.
Quddies tal-Ħadd.
5. L-Erbgħa 28 ta’ Diċembru : Il-Club tal-Anzjani se jmorru s-Soreda Hotel, il-Qawra għall-Buffet Lunch tal-Milied.
Ikollna Quddiesa fil-Hotel u wara jkollna kafe’ u Tombla u nispiċċaw bl-Ikla. 8.45am niltaqgħu is-Savoy Bus Stop u niġu lura fis-2.00pm.
Prezz €25.
Min hu interessat iċempel lil Emma 9903 4410 jew lil Veronica 9925 9572.
6. Nirringrazzja lil Ġenituri tat-Tfal tal-Katekiżmu :
Għall-attendenza sabiħa fl-attivitajiet li ġew organizzati f’dawn l-aħħar ġranet. Grazzi wkoll lill-Katekisti għall-Impenn tagħhom. Infakkar li l-Klassijiet tal-Katekiżmu jerġa’ jibda fil-ġimgħa li tibda fid-9 ta’ Jannar 2023.
7. Grazzi lil dawk li qed iġibu Ponzjetti : Biex inżejnu s-Santwarju fil-Milied.
8. Il-Fondazzjoni tixtieq tappella lil kulħadd : Biex matul dawn il-Festi tal-Milied Tiftakru fis-Santwarju tagħna billi tagħtu donazzjoni. Napprezzaw ħafna.
9. Il-Ħamis 5 ta’ Jannar : 4.30pm sas-7.30pm Laqgħa ma’ Fra Lorrie għat-Tfal Subien fil-Kunvent tagħna r-Rabat biex naqsmu l-ferħ tal-Milied flimkien.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.