Gheziez huti Frangiskani,

Wahda mill-isbah Enciklici tal-Papa Frangisku hija dik li ggib l-isem ta’ “Amoris Laetitia” – “Il-Ferh ta’ l-Imhabba”, dwar l-imhabba fil-familja. L-isem ta’ kull enciklika jkunu dejjem l-ewwel zewg kelmiet taghha.

Illum iddecidejt li ndewwakom ftit  mill-hlewwa ta’ din l-Enciklika.

L-ewwel silta li se naghtikom illum titratta dwar Alla taghna.

“Jekk naċċettaw li l-imħabba ta’ Alla hi bla kundizzjonijiet, li l-għożża li għandu l-Missier għalina la tinxtara u lanqas tħallas għaliha, allura nkunu nistgħu nħobbu lil hemm minn kull ħaġa, naħfru lill-oħrajn imqar meta kienu inġusti magħna. (108)
Aħna nemmnu li Alla jħobb il-ferħ tal-bniedem, li hu ħalaq kollox biex ingawdu bih. Inħallu dan il-ferħ inixxi quddiem it-tjieba tiegħu. (149)
Alla nnifsu ħalaq is-sesswalità, li hi rigal mill-isbaħ għall-ħlejjaq tiegħu. (150)
Il-Knisja ddur bi mħabba fuq dawk kollha li mhux qed jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja tagħha, għax tagħraf li l-grazzja ta’ Alla taħdem f’ħajjithom ukoll u tagħtihom il-kuraġġ biex iwettqu t-tajjeb, biex jieħdu ħsieb ta’ xulxin bi mħabba u jkunu ta’ servizz għall-komunità li fiha jgħixu u jaħdmu. (291)
It-triq tal-Knisja hi dik li ma tikkundanna qatt lil ħadd għal dejjem; li xxerred il-ħniena ta’ Alla fuq dawk kollha li jfittxuha b’qalb sinċiera. (296)
Xi drabi jiswielna ħafna li fil-pastorali tagħna nagħtu wisa’ lill-imħabba bla kundizzjonijiet ta’ Alla. (311)
Il-preżenza tal-Mulej tgħammar fil-familja vera u konkreta, bit-tbatija, it-taqbid, il-ferħ u t-tamiet kollha tal-ħajja tagħha ta’ kuljum. (315)”

Silta ohra titratta l-Anzjani.
“Il-parti l-kbira tal-familji jirrispettaw lill-anzjani, idawruhom bl-imħabba u jqisuhom bħala barka. (48)
L-anzjani huma rġiel u nisa, missirijiet u ommijiet li kienu diġà qabilna fl-istess triq tagħna, fl-istess dar tagħna, fil-ġlieda tagħna ta’ kuljum għal ħajja xierqa. (191)
Hemm kulturi li minħabba żvilupp addoċċ tal-industrija u tal-ħajja fl-ibliet, waslu u qegħdin jaslu biex iwarrbu x-xjuħ min-nofs, b’mod jew ieħor, li ma jistax ikun li taċċettah. (192)
L-anzjani jgħinuna naqraw il-kontinwità tal-ġenerazzjonijiet, bil-kariżma li nħitu mill-ġdid il-biċċiet imqattgħin. (192)
Iċ-ċiviltà tista’ timxi ’l quddiem jekk tagħraf tirrispetta l-għerf u l-għaqal tal-anzjani. (192)
Ir-rakkonti tal-anzjani jagħmlu ġid kbir lit-tfal u liż-żgħażagħ, għax idaħħluhom f’rabta mal-istorja li għaddew minnha kemm il-familja u kemm ir-raħal u l-pajjiż. (193)
F’ċiviltà fejn m’hemmx post għall-anzjani jew dawn jiġu skartati għax huma meqjusa problema, din is-soċjetà ġġorr magħha l-marda tal-mewt, ladarba qed tinqata’ mill-istess għeruq tagħha. (193)”

Aqrawhom sewwa u ergghu aqrawhom aktar tard matul il-gurnata.

Darba’ohra naghtikom siltiet ohra minn din l-Enciklika. L-Enciklici tal-Papiet m’humiex infallibbli imma huma minjiera ta’ gherf u taghlim kbir. Jinkitbu bl-ghajnuna ta’ bosta esperti fis-suggett, wara hafna talb u riflessjoni.

Nixtieq lil kulhadd: Paci u Gid.

Peter Darmanin ofs
Ministru