1. It-Tlieta 23 ta` Jannar, issir il-Laqgħa tal-Membri Franġiskani Sekulari fis-6.30pm.
Il-Kappillan iwassal il-ħsieb tiegħu. Kulħadd mistieden.

2. Il-Ħamis 25 ta` Jannar, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa il-Lectio Divina.
Hija ukoll il-Festa tal-Konverżjoni ta` San Pawl Appostlu, Patrun tal-Provinċja Franġiskana Maltija, u niċċelebrawha f’nofs il-Ġimgħa ddedikata lill-Ekumeniżmu.
Nħeġġukom tingħaqdu magħna fit-Talb għall-Għaqda bejn il-Kristjani u għall-
ħtiġijiet spiritwali u ta` saħħa tagħna l-Patrijiet.
Nitolbu għal aktar vokazzjonijiet.

3. Il-Ġimgħa 26 ta` Jannar, il-Kummissjoni Festi se torganizza Pizza Delivery mis-6.30pm ‘l quddiem. Aktar dettalji fin-notice boards jew fuq fbpage.

4. Matul ir-Randan se nippreżentaw formoli fil-Knisja għal dawk il-familji u persuni biex minn wara ‘l Għid il-quddiem nżurukom fi djarkom jekk teħtieġu titkellmu jew titbierku.
It-tberik bieb bieb, mhux se jsir.

5. Matul din il-ġimgħa b’risq il-Manutenzjoni tal-bjut tal-Knisja daħlu €485.00.
Nixtiequ li aktar familji jew persuni joffru d-donazzjoni ta` €200 lis-Santwarju, għal din l-ewwel fażi tal-Proġett, li nittamaw jibda` fil-ġimgħat li ġejjin, peress li ma stajniex nagħmlu dan minħabba l-maltemp.
Tistgħu tgħinuna billi tieħdu sehem fil-Lotterija tal-Weekend Break li se titla fil-31 ta` Marzu.

6. Kċina Santa Marta, jirringrazzjawkom għall-offerti tal-ikel u għal €245 donazzjonijiet li għoġobkom toffrulhom

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433