1. Għada l-Ħadd, il-Quddiesa tal-11.00am ser tkun animata mill-Kor MITTE RIMANDA, kor mill-Estonja magħmul minn 46 persuna, li jinsab Malta għal Festival tal-Korijiet. Wara l-Quddiesa il-Kor ser jagħti kunċert qasir ta’ għoxrin minuta. Inħeġġukom ħafna tipprofittaw ruħkom u tattendu għal din l-okkażjoni speċjali.
  2. Il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament ser toganizza l-laqgħa tax-xahar ta’ Novembru, nhar it-Tnejn, 4 ta’ Novembru, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
  3. Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Novembru, fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin ikun hemm laqgħa oħra tal-Katekiżmu tal-Adulti. Il-ħin ikun fis-6.40pm.
  4. Attivita’ b’risq il-Festa. Nhar is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru, fuq iz-zuntier tal-Knisja waqt il-ħinijiet li tkun miftuħa, ser ikun hemm bejgħ tal-Boroż ta’ San Martin, kif ukoll bejgħ ta’ lewż, ġewż, qastan u tin.
  5. Infakkrukom li qegħdin niġbru l-affarijiet għal Bazaar ta’ Novembru. Min jixtieq jista’ jċempel fuq in-numru tal-mobile li hemm fin-noticeboard. Fil-bibien tal-Knisja matul din il-ġimgħa ser ikun hemm qfief għal min jixtieq ukoll iġib xi oġġetti tal-ikel u preserves biex jinbiegħu fil-Bazaar. Din il-ġimgħa hija l-aħħar ġimgħa li fiha jsir il-ġbir tal-affarijiet għaliex il-ġimgħa ta’ wara nkunu qed naraw l-Bazaar bl-affarijiet fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’Antnin. Grazzi bil-quddiem.