TIBZGHUX…

Dan hu l-jum li ghamel il-Mulej ghalina. Bl-ghajnuna Tieghu, il-lejla se nergghu niltaqghu flimkien, ghal-Laqgha ta’ kull gimgha, wara 14-il xahar “maqfula fic-cenaklu ta’ darna”.

Ippermettuli nikwota xi siltiet mill-Pastorali ta’ l-Isqof t’Ghawdex, illum il-Kardinal Grech, li kien ghamel fid-9 ta’ Marzu ta’ sentejn ilu, biex nirriflettu fuqhom f’xi hin matul il-gurnata.

“Ahna nies li nħobbu d-dar. Dan bir-raġun, għax bejn dawk l-erba’ ħitan tad-djar tagħna jintisġu stejjer meraviljużi: stejjer ta’ familji li fihom l-għaxqa, stejjer ta’ ġenerożità kbira; stejjer li ma jitwemmnux meta tara ġenituri ssagrifikati għal uliedhom, speċjalment fejn ikun hemm xi wild bi ħtiġijiet speċjali; stejjer erojċi, bħal fejn hemm mard serju.”

“Imma mbagħad hemm djar fejn jinkitbu stejjer li tkun tixtieq li qatt ma seħħew, bħal fil-każ ta’ ġenituri minsija minn uliedhom; … jew bħal fejn hemm it-tbatija li jġibu magħhom żwiġijiet imkissra. Hemm djar fejn rifset il-mewt u ħasdet ħajja li kienet għadha qed tiftaħ bħal warda.”

Hemm bzonn li Gesu jkun il-mistieden tad-dar taghna ghax kif qalilna l-Isqof: “Meta nistiednu lil Ġesù jidħol fid-dar tagħna, il-preżenza tiegħu tagħmel il-mirakli. Hekk ġara meta Ġajru sejjaħ lil Ġesù fid-dar tiegħu għax bintu kienet marida serjament.”

Kemm tkun haga xierqa u sewwa li ahna membri tal-Parrocca dedikata lis-Sultana taghna, Marija, ma nibzghux nilqghu fostna lil Marija fi djarna  “Għax Marija tiġbed lil Ġesù warajha. Hija tgħinna nduqu t-tjubija tal-imħabba li Ġesù għandu lejn kulħadd, imma b’mod partikulari lejn dawk li ħabta u sabta jaraw id-dar tagħhom ‘nieżla’.”

F’mumenti difficli fil-hajja taghna hemm bzonn: “nisimgħu lil Ġesù msallab itennilna l-istedina li għamel lil Ġwanni filwaqt li wrieh lil Marija: “Hawn hi Ommok”, u bħal Ġwanni nieħdu lil Marija d-dar tagħna. Min-naħa tagħha, Marija toffrilna t-tweġiba għax tindikalna lil Ġesù u tgħidilna: “Agħmlu kulma jgħidilkom hu” (Ġw 2:5). Kif josserva l-Papa Franġisku, li aħna nilqgħu lil Marija f’darna huwa t-testment ta’ Ġesù.”

“Fid-dar ta’ Nazaret mhux biss kien hemm mumenti fejn Marija u Ġużeppi ma fehmux lil xulxin mill-ewwel, imma wkoll nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri u binhom bħal meta ntilef f’Ġerusalemm. Għalhekk, Marija tifhem lil dawk il-familji fejn hemm it-tensjonijiet bejn il-koppja jew bejn il-ġenituri u l-ulied.”

“Id-dar ta’ Nazaret taf xi tfisser kriżi ta’ fidi, għax kemm Marija u kemm Ġużeppi jitħawdu quddiem dak li Alla jitlob minnhom. Għaldaqstant, Marija għandha postha anki fid-djar ta’ dawk li għaddejjin mil-lejl mudlam tal-fidi u qed jissaraw ma’ Alla.”

Hbieb tieghi, huti membri tal-Fraternita taghna, kburin bis-Santwarju tas-Sultana taghna naghmlu l-kuragg u niftakru li: “fejn hemm Marija jkun hemm Ġesù. U fejn hemm Ġesù hemm il-ħajja li tegħleb il-mewt, il-grazzja li teħles mid-dnub, it-tama li terfa’ min-niket, il-maħfra li tinfaxxa l-miksur, il-ferħ li jkeċċi d-dwejjaq, is-sliem li jtemm kull ġlied. Meta niftakru li r-Rużarju huwa talba għal qalb Marija u b’riflessjonijiet dwar Ġesù, nistiednu lill-familji tagħna biex jgħidu spiss din it-talba sabiħa.”

Filwaqt li naghti l-Paci lil kulhadd, niltaqghu l-lejla biex inkantaw “Fil-hlewwa ta’ Mejju” u  flimkien mal-Poeta Nazzjoni, minn qalba nghidulha: “Int l-ghaxqa tas-sema, Il-gmiel tal-holqien. Int l-omm ta’ min halqek, Bik mimli kull zmien. “

Peter ofs
Ministru