1. Il-Ħadd 16 ta’ Mejju : Fis-Santwarju tagħna qed niċċelebraw Jum is-Sejħa Franġiskana. Għandna fostna lill-Promoturi tal-Vokazzjonijiet Fr Clive u Fra Lorrie flimkien mall-Kandidati li qed jagħmlu l-esperjenza Franġiskana fil-fraternita’ tar-Rabat.
Nitolbu ħafna għalihom.
U nitolbu biex il-Mulej isejjaħ żgħażagħ mill-Parroċċa tagħna.
2. It-Tlieta 18 ta’ Mejju : 7.00pm L-OFS ser ikollhom taħdita fil-Knisja minn Pauline Darmanin bis-suġġett: “L-Ispirtu s-Santu fil-ħajja tagħna”. Il-Laqgħa hi miftuħa għal kulħadd.
3. L-Erbgħa 19 ta’ Mejju : Inkomplu bl-Erbgħat bi tħejjija għall-Festa Titulari tal-Madonna. Il-Predikatur huwa Fr Stefan Attard.
4. Il-Ħamis 20 ta’ Mejju : 6.00pm Adorazzjoni Ewkaristika.
• Infakkar li wieħed jista’ jqim lil Ġesu’ fl-Ewkaristija kuljum fil-Kappella tal-Adorazzjoni li tiftaħ fid-9.30am u tagħlaq fit-8.30pm.
• 7.30pm Kors ta’ Kana ‘online’. Nitolbu għall-Għarajjes.
5. Il-Ħadd 23 ta’ Mejju : Issir ukoll il-Ġabra tas-Seminarju. 9.30am Nippreżentaw it-Tfal tal-1 Tqarbina lil Komunita’.
6. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent : Ghandha bzonn numru ta’ persuni jew familji li lesti joffru 5 jew 10 euros fix-xahar b’rizq is-Santwarju. Min hu nteressat huwa mitlub jikkuntatja lil Peter Darmanin fuq in-numri 2141 4750 jew 9976 2775.
7. Il-Kummissjoni Festi : Ser torganizza Bazaar fis-sala tal-kazin quddiem il-knisja nhar is-Sibt 22 u l-Hadd 23 ta’ Mejju.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.