1. Ġabra Speċjali għall-Knisja : €709.23 Nirringrazzjawkom.
2. It-Tlieta 11 ta’ Mejju : Il-Laqgħat tal-OFS se jerġgħu jibdew wara l-Quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja. It-taħdita se jagħmilha Peter Darmanin bis-suġġett : “Int l-għaxqa tas-sema, ix-xemx tal-ħolqien”. Il-Laqgħat huma miftuħa għal kulħadd.
3. L-Erbgħa 12 ta’ Mejju : Jibdew l-Erbgħat bi tħejjija għall-Festa Titulari tal-Madonna li tiġi ċċelebrata fl-Ewwel Ħadd ta’ Lulju. Il-Predikatur huwa Fr Stefan Attard.
4. Il-Ħamis 13 ta’ Mejju : 6.00pm Adorazzjoni mmexxija mill-Kandidati Franġiskani.
• Infakkar li wieħed jista’ jqim lil Ġesu’ fl-Ewkaristija kuljum fil-Kappella tal-Adorazzjoni li tiftaħ fid-9.30am u tagħlaq fit-8.30pm.
• 7.30pm Kors ta’ Kana ‘online’. Nitolbu għall-Għarajjes.
5. Il-Ġimgħa 14 ta’ Mejju : 7.00pm Laqgħa għall-Ġenituri tat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja.
6. Il-Ħadd 16 ta’ Mejju : Jum is-Sejħa Franġiskana fil-Knisja, Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor. Nitolbu għal aktar Vokazzjonijiet fl-Ordni Franġiskan u biex il-Mulej isejjaħ żgħażagħ minn din il-komunita’ biex ixandru l-Vanġelu fuq il-passi ta’ San Franġisk. Il-Ġabra tkun b’risq il-ħidma Vokazzjonali fil-Provinċja tagħna.
7. Il-Ħadd 23 ta’ Mejju : Issir ukoll il-Ġabra tas-Seminarju.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.