TERĠA’ TIFTAĦ IL-KAPPELLA TAL-ADORAZZJONI
1. Bdejna x-Xahar ta’ Mejju :
Il-Papa saħaq dwar ir-reċita’ tar-Rużarju.
2. Il-Ħadd 2 ta’ Mejju : Tinfetaħ il-Kappella tal-Adorazzjoni “Il-Mulej il-blata tiegħi”. Wara l-Quddiesa tad-9.30am issir Proċessjoni għall-Kappella. Grazzi lil min f’dawn is-snin taw is-servizz tagħhom f’din il-Kappella.
• Il-Flus li kienu nġabru għal Fjuri (€505) ser ngħaddihom għal P.A. System li għad irid jitħallas.
• Il-Kappella se tinfetaħ kuljum fid-9.30am u tingħalaq fit-8.30pm.
3. Direttivi għat-Tqarbin tal-Morda fid-djar privati :
Isir minn saċerdot, ministru straordinarju tat-tqarbin jew minn qarib (membru tal-istess cluster tal-anzjan/a jew marid/a).
Min se jqarben u l-anzjani jridu jkunu vaċċinati.
4. Il-Ġimgħa 7 ta’ Mejju : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar.
5. Is-Sibt 8 ta’ Mejju : Festa tal-Madonna ta’ Pompei.
11.30am Quddiesa. 12.00pm Supplika.
6. L-Erbgħa 12 ta’ Mejju : Jibdew l-Erbgħat bi tħejjija għall-Festa Titulari tal-Madonna li tiġi ċċelebrata fl-Ewwel Ħadd ta’ Lulju.
7. Il-Ħamis 13 ta’ Mejju : 6.00pm Adorazzjoni mmexxija mill-Kandidati Franġiskani.
8. Il-Ġimgħa 14 ta’ Mejju : 7.00pm Laqgħa għall-Ġenituri tat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja.
9. Il-Ħadd 16 ta’ Mejju : Jum il-Vokazzjonijiet Franġiskani.
10. Ilma Mbierek : Min m’għandux, jitlob lil Kappillan wara l-Quddies.
11. Il-Kummissjoni Festi : Ser torganizza Pizza Delivery nhar il-Gimgha 7 ta’ Mejju. Ghall-bookings tistghu iccemplu fuq 9969 7909 sa nhar il-Hamis 6 ta’ Mejju.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.