TRINITA’ MQADDSA – L-EWWEL TQARBINA
1. Nawguraw lit-Tfal li llum il-Ħadd se jirċievu / irċevew l-Ewwel Tqarbina : Ella Aguis / Elisa Cardona Schranz / Giulia Cardona Schranz / Adele Cassar Jones / Jamie Ellul / Francesco Formosa / Francesca Luisa Galea / Jake Mangion / Jasmine Pace / Denzyl Vella / Timothy Vella / Arthur Saviour Zammit / George Lungaro Mifsud.
• Il-Quddiesa tal-11.00am tkun fil-11.30am.
2. Ġabra għas-Seminarju : Kienet €547.08. Grazzi f’isem is-Seminaristi.
3. It-Tlieta 1 ta’ Ġunju : 7.00pm L-OFS ser ikollhom taħdita fil-Knisja minn Pauline Darmanin bis-suġġett: “Alla hu l-Awtur tal-ħajja”. Il-Laqgħa hi miftuħa għal kulħadd.
4. L-Erbgħa 2 ta’ Ġunju : Inkomplu bl-Erbgħat. Il-Predikatur huwa Fr Stefan Attard.
5. Il-Ħamis 3 ta’ Ġunju : 6.00pm Adorazzjoni Ewkaristika. 7.30pm Kors ta’ Kana ‘online’.
6. Il-Ġimgħa 4 ta’ Ġunju : L-1 Ġimgħa tax-Xahar. Isir it-Tqarbin tal-Morda.
7. Is-Sibt 5 ta’ Ġunju : 9.00am sas-1.00pm Intemmu l-Kors ta’ Kana b’quddiesa u l-għoti taċ-Ċertifikati.
8. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent :
• Ghandha bzonn numru ta’ persuni jew familji li lesti joffru 5 jew 10 euros fix-xahar b’rizq is-Santwarju. Ikkuntattjaw lil Peter Darmanin. Aktar dettalji fuq in-Noticeboard.
• Tixtieq tavża li qed tiġbor il-fondi biex isir xogħol ta’ manutenzjoni, minn barra, fuq l-Apside biex tiġi protetta mix-xita.
9. Il-Kummissjoni Festi tavża : Dan il-weekend se jitkompla l-Bazaar fis-sala tal-kazin quddiem il-knisja.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.