SAN VALENTINU U L-IMHABBA
F’dan ix-xahar id-dinja ticcelebra l-festa ta’ San Valentino. Huwa Ufficjalmant
magħruf bħala San Valentino ta’ Ruma. Ħuwa Qaddis Ruman tat-tielet seklu u l-
festa tiegħu hija ccelebrata madwar id-dinja kollha f’14 ta’ Frar, u assoċjata mall-imħabba.
Għalkemm ftit mill-ħajja ta’ dan il-qaddis hija magħrufa, din l-istorja tista’ tinvolvi l-ħajja ta’ żewġ qaddisin differenti li jġibu l-istess isem. Ħaġa żgura hi, li dan kien martri u midfun f’Via Flaminia, fit-tramuntana ta’ Ruma.
F’1969 il-Knisja Kattolika neħħiet lil Valentino mill-Kalendarju Ġenerali Ruman għax ftit kienu jafu dwaru. Il-leġġendi attribwiti għal dan il-qaddis, huma nkonsistenti daqs l-ezistenza tiegħu. B’dana kollu l-Knisja xorta tikkonoxieh bħala qaddis Martri Ruman,
Qaddis tal-Maħbubin.
Storja komuni dwar San Valentinu, tgħid li meta kien Isqof ta’ Terni, Narnia u Amelia kien arrestat f’daru b’ordni tal-Imħallef Asterius. Waqt diskussjoni dwar ir-reliġjon u l-fidi li kellu ma’ dan l-imħallef, Valentinu ikkonferma l-eżistenza t’Alla’. Għalhekk l-imħallef poġġa lil-Valentinu u l-fidi tiegħu għal prova.
Bħala prova l-imħallef ġab it-tifla tiegħu li kienet għamja u sfidah biex jgħatiha d-dawl bil-
kundizzjoni li jekk isir il-miraklu l-imħallef wegħdu li jgħatih dak li jitolbu. Valentinu poġġa jdejh fuq għajneha u ġiet tara. L-imħallef żamm kelmtu u beda biex kisser idoli ta’
l-allat foloz li kellu mdawrin mall-palazz tiegħu u flimkien mal-familja tiegħu u mal-44 membru li kienu jgħixu miegħu fil-palazz għamlu sawma ta’ tlett ijiem u kkonvertew. Barra minn hekk ħeles lil insara li kienu fil-ħabs tiegħu.
Żmien wara San Valentino kien reġa’ ġie arrestat talli baqa’ jikkonverti lin-nies għal Kristjanesmu. Ġie mibgħut Ruma taħt l-Imperatur Claudius Gothicus it-II. Skont il-kitba popolari tal-identita tal-qaddisin, fuq min naħsbu li seta’ kien San Valentino, Il-Nuremberg Chronicle, qalet li San Valentino kien saċerdot Ruman li kien maqtul martri fi żmien ir-renju ta’ Claudius. L-istorja tgħid li San Valentino kien ġie arrestat talli kien żewweġ koppji nsara u jgħin l-insara li kienu jiġu ppersegwitati mill-istess Imperatur Claudius. Iż-żewġ atti kienu meqjusa bħala atti kriminali serji.
Versjoni oħra tgħid li meta kien żewweġ koppji nsara, l-irġiel setgħu jirrifjutaw li jmorru għall-gwerra. Ir-relazzjoni bejn il-Qaddis u l-imperatur bdiet tissaħħaħ iżda meta San Valentinu prova jikkonviċi lill-imperatur biex isir Kristjan dan tant irrabja li għedded lil-San Valentinu li jekk ma kienx ser jicħad ir-reliġjon Kristjana kien ser jagħtiħ is-swat u jaqtalu rasu.
Versjoni oħra tal-leġġenda dwar San Valentinu kienet tgħid li wara li rrifjuta li jadura alla pagan ġie mitfuħ il-ħabs u waqt li kien priġunier fejjaq it-tifla tal-kalzrier, li kienet għamja. Fil-ġurnata tal-martirju tiegħu ħalla nota lil din ix-xbejba iffirmata, “Tiegħek Valentinu”.
San Valentinu qatt ma ċaħad it-twemmin tiegħu u ġie maqtul skont l-kundanna tal-Imperatur, barra l-bieb ta’ Flaminian fl-14 ta’ Frar tas-sena bejn 269 u 280 W.K.
Joe Gatt ofs
0 Comments