“Agħmlu kulma jgħidilkom hu”
1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju :
Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa.
Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”.
2. It-Tnejn 17 ta’ Jannar :
6.00pm Tasal ir-Relikwa tal-Beatu Carlo Acutis. – Fil-quddiesa, Fra Lorrie Zerafa ofm jagħmel Introduzzjoni tal-okkażjoni u jfisser x’inhi r-Relikwa u min hu dan iż-Żgħażugħ Beatu Carlo Acutis.
– L-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq. – Ir-Relikwa tibqa’ fis-Santwarju sal-Ħadd 23 ta’ Jannar. – L-Erbgħa fis-6.00pm Quddiesa bi ħsieb dwar dan il-Beatu. – Il-Ħamis fil-5.30pm Adorazzjoni fuq l-imħabba li kellu Carlo lejn l-Ewkaristija.
– Il-Ġimgħa fid-9.00am Quddiesa bi ħsieb dwar dan il-Beatu. – Is-Sibt u l-Ħadd tingħad it-Talba lil Beatu Carlo Acutis fi tmiem il-Quddies kollu.
– Il-Ħadd fid-9.30am Quddiesa għat-Tfal u ż-Żgħażagħ u jiġi propost lilhom dan il-Beatu żgħażugħ bħala ‘Role Model’ għalihom.
3. Il-Ħamis 13 ta’ Jannar : 7.30pm Inkomplu bil-Kors ta’ Kana.
4. L-Għaqda Parrokkjali Volontarja : “Il-Ħbieb tas-Santwarju” tavża li l-Laqgħa Ġenerali li kellha ssir għall-aħħar ta’ dan ix-xahar ġiet imħassra minħabba l-pandemija. S’issa l-Għaqda għandha 50 membru. L-Għaqda tieħu l-okkażjoni biex tappella għal aktar membri. Min jixtieq jissieħeb ikellem lill-Kappillan biex jagħtih il-Formola tal-Applikazzjoni.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL; 2131 3505 / 7953 7719.