Ordni Franġiskan Sekular

8190 of 213 items

Is-Sinjali tat-traffiku – Joe Debono ofs

by Administrator

Gheziez, Ahna u mexjin fit-triq niltaqghu hafna drabi ma’ hafna sinjali tat-traffiku li kull sewwieq irid joqghod attent ghalihom u jsegwihom bir-reqqa kollha.   Kulhadd jaf ghalfejn qeghdin dawn is-sinjali .  Zgur mhux biex il-warden iwahhlek xi ‘ticket’ u mbaghaad erhilek tgemgem sakemm tigi biex thallas il-multa li tkun wehilt.  Kull bniedem ghaqli jaf li dawn […]

Il-ħajja mingħajr problemi hija ħajja monotona ! – Joe Gatt ofs

by Administrator

Għeżież ħuti Franġiskani, Kemm-il darba jiena għidt il-frażi, “il-ħajja mingħajr problemi hija ħajjamonotona”, dejjem nispicca mgħajjur miġnun. Nibqa’ ngħidha u ma jimpurtaxli jgħiduli miġnun u li ma nafx x’qed ngħid. Mela biex intom ma tgħajjrunixukoll, se nispjega ruħi biex forsi taqblu miegħi. L-ewwel nett, fil-ħajja qatt ma tista’ tkun dejjem minn fuq. Il-ħajja fiha nnifishahija […]

L-Anglu Kustodju – Cecilia Attard ofs

by Administrator

Gheziez Huti f’San Frangisk, Il-messagg li nixtieq nghaddilkom din il-gimgha hu fuq l-Anglu Kustodju, suggett li dejjem qanqalli kurzita. Fil-bidu tal-Kristjanezimu ma kienx hemm la festa u anqas tifkira ta’ l-anglu kustodju, imma kien hemm biss festa wahda ddedikata lil Arkangli.  Biss  fil-15 u 16 il-seklu, il-festa ta’ l-Angli Kustodji kienet celebrata b’mod mhux ufficjali […]

Iż-żewġ kolonni li jaqblu u ma jaqblux – Tony Mahoney ofs

by Administrator

Jistgħu żewġ kolonni li qed iżommu binja kbira ma jkunux l-istess? Altru li LE. Iżda jekk ikunu tal-istess għoli, u tal-istess forza, jistgħu ikunu, avolja jkunu ta’ stili differenti. Pawlu, Appostlu li qatt ma ltaqa’ ma’ Kristu, mar biex jiltaqa’ ma’ Pietru u Ġakbu fl-ewwel viżta tiegħu lejn Ġerusalemm. Probabbli ħafna li la Ġakbu, lanqas […]

Jien gharef jew injurant? – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Jien gharef jew injurant?Il-Ktieb tal-Għerf iqabbel il-ħajja tal-għorrief ma’ dawk tal-boloh.Ma jitkellimx mill-għerf bħala xi ħaġa tal-moħħ, imma bħala kwalità tal-ħajja sħiħa, ħajja mgħejxa bil-għaqal u l-qdusija. Bl-istess mod, dawk li m’għandhomx għerf huma magħluqa fl-injoranza, mhux tal-moħħ, imma tar-rieda ħażina tagħhom. L-injurant fil-Bibbja mhuwiex dak li ma jafx jaqra jew jikteb, imma dak li […]

Il-Mixja – Pauline Darmanin ofs

by Administrator

F’dawn l-ahhar xhur hajjitna nbidlet, f’dak li naghmlu u li ma nistghux naghmlu, fejn nistghu mmorru u ma mmorrux, meta stajna niltaqghu ma familjari, ma’ hbieb, meta xxennaqna ghalihom u rajnihom u kellimnihom biss ‘online’. Imma l-Knisja bhal kull sena ohra baqghet ghaddejja l-istess! Baqghet tipprezentalna l-istorja, l-esperjenza tas-Salvazzjoni taghna u tistedinna li nimxu maghha […]

L-Adorazzjoni Ewkaristika – Cecilia Attard ofs

by Administrator

L-ADORAZZJONI EWKARISTIKA F’dan ix-xahar ta’ Gunju, meta qeghdin niccelebraw il-festa ta’ Corpus Christi u l-festa tal-Qalb ta’ Gesu, ma nistghux ma nahsbux fuq il-kobor ta’ l-Ewkaristija li waqqaf ghalina Sidna Gesu Kristu fl-Ahhar Cena u l-importanza li ghandna naghtu lill-Adorazzjoni Ewkaristika.  Jista’ jkun li ahna stess lanqas nirrealizzaw li l-ewwel okkazzjoni fejn naduraw l-Ewkaristija hija […]

Għandna bzonnok! – Joe Gatt ofs

by Administrator

GħANDNA BZONNOK! Għeżież Huti Franġiskani, Ix-xewqa t’ Alla hi mnaqqxa f’qalb il-bniedem, għax il-bniedem inħalaq minn Alla u għal Alla. Alla ma jieqaf qatt jiġbed il-bniedem lejh, u f’Alla biss il-bniedem isib il-verita u l-hena li qatt ma jieqaf ifittex. Il-verita, l-onesta u l-imħabba l-bniedem jipretendihom u jfittixhom f’dawk ta’ madwaru, bħal ġenituri, fl-aħwa, l-għalliema, […]

Mil-Lejl Iswed ghan-Nahar Imdawwal – Tony Mahoney

by Administrator

 Meta bniedem jagħmel żmien ma jużax riġlejh, dirgħajh jew sebgħu, dil-parti tal-ġisem tiġġamja u ma taħdimx. Irid jibda jħaddimha, billi jużaha, bil-mod il-mod. Din ir-riġel, l-id jew is-subgħa huma l-istess bħall-Iskrittura. Jekk tagħmel żmien ma taqbadx il-Kelma t’Alla, taqraha, tifhimha u tapplikaha ma jkunx faċli għalik. Ara Pawlu, Ġwanni u l-Evanġelisti l-oħra kollha fehmu din […]

L-Axxensjoni ta’ Ġesù fis-sema. – Brigitte Arrad

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk, Ser naqsam magħkom xi ħsibijiet tal-Papa Emeritus Benedettu XVI fuq l-Axxensjoni ta’ Ġesù fis-sema. Id-dehriet ta’ Ġesù lid-dixxipli, wara il- qawmien tiegħu mill- mewt, kienu testimonjanza li Ġesù ma baqagħx fil-qabar, imma li qed jgħix.  Riedhom iwasslu l-aħbar li Hu haj – anzi li Hu l-Ħajja. Fl-evanġelu skond […]