L-ADORAZZJONI EWKARISTIKA
F’dan ix-xahar ta’ Gunju, meta qeghdin niccelebraw il-festa ta’ Corpus Christi u l-festa tal-Qalb ta’ Gesu, ma nistghux ma nahsbux fuq il-kobor ta’ l-Ewkaristija li waqqaf ghalina Sidna Gesu Kristu fl-Ahhar Cena u l-importanza li ghandna naghtu lill-Adorazzjoni Ewkaristika. Jista’ jkun li ahna stess lanqas nirrealizzaw li l-ewwel okkazzjoni fejn naduraw l-Ewkaristija hija waqt il-konsagrazzjoni fil-Quddiesa meta s-sacerdot jghid il-kliem “Ha l-hobz, radd il-hajr, qasam, ta lid-dixxipli Teghu u qal: Hudu u kulu dan huwa gismi li jinghatha ghalikom”. F’dan il-mument il-hobz u l-inbid isiru verament il-gisem u d-demm, bir-ruh u d-divinita ta’ Sidna Gesu Kristu.
Illum xtaqt naqsam maghkom dawn iz-zewg rakkonti dwar l-Ewkaristija, esperjenzi ta’ zewg personaggi mportanti ta’ zminijietna. L-ewwel hu dak ta’ Katarina Rivas mil-Bolivia. Mara mistika ta’ 76 sena li ghada hajja, bl-istigmata u li fit-testimonjanza li tat minn serje ta’ vizzjonijiet u messaggi li hi kellha minn Gesu u l-Vergni Marija, testimonjanzi li huma migbura fil-ktejjeb taghha “The Holy Mass” tghid li l-Madonna qaltilha lil-mument tal-konsagrazzjoni fil-Quddiesa hu l-aktar mument sagru u li rriedu nippreparaw ruhna sew ghalih ghax dan hu l-ikbar mariklu fost il-mirakli kollha. Dan ghaliex inkunu se nghixu il-mument meta Alla l-Missier jaghti l-ikbar rigal Tieghu lilna, jigifieri lil Ibnu, Sidna Gesu Kristu. Il-Madonna stess qaltilha kemm dan il-fatt ma napprezzawhx! Dan ghaliex illum il-gurnata hafna genituri lanqas biss imorru l-Quddies huma, ahseb u ara kemm qed irawmu lill-uliedhom jisimghu il-Quddiesa ta’ nhar ta’ Hadd, jew inkella jisimghu l-Quddiesa tal-Hadd biss ghax tobbligana l-Knisja u mhux ghall-imhabba t’Alla u ghax ghandna bzonn nimtlew b’Alla.
Waqt il-Kosagrazzjoni l-istint taghna hu li mbaxxu rasna, izda lil Katalina l-Madonna qaltilha “Le tnizzilx rasek jew thares l-isfel, imma ghandek thares l-fuq u tikkontempla lil Kristu prezenti fl-Ewkaristija”. Ziedet tghidilha “Il-harsa tieghek trid tiltaqa’ ma’ Tieghu u f’dak il-hin tirrepeti t-talba ta’ Fatima: “Alla tieghi jiena nemmen fik, jiena nadurak, jiena nafda fik u jiena nhobbok. Nitolbok mahfra ghal dawk li ma jemmnux fik u ghal dawk li ma jhobbukx“. Qaltilha wkoll biex f’dak il-mument tal-Konsagrazzjoni titlob mahfra u hniena, tistqarrr l-imhabba taghha lejn Gesu u tadura lir-Re tar-Rejiet.
It-tieni rakkont hu dwar il-Venerabbili Fulton Sheen, Arcisqof Amerikan u Teologu kbir, li kien maghruf hafna ghal kapacitajiet tieghu ta’ ghalliem, predikatur, oratur u evangelista. Kien jevangelizza hafna fuq il-televizzjoni bis-sehem tieghu f’hafna programmi televizivi. Tant kien kiseb success li mbaghad beda jmexxi regolarment programmi shah li kienu jiffolowjawhom miljuni ta’ telespettaturi. Fil-priedki u l-programmi tieghu kien konsistentament jippridka fuq il-beneficcji li fiha dik is-siegha adorazzjoni quddiem Gesu Sagramentat. Fit-fatt inkiteb fuqhu li hadd fil-Knisja moderna ta’ illum ma hadem daqsu biex irawwem u jkabbar il-popolarita ghat-talb fil-prezenza ta’ Alla l-Imbierek fis-Santissimu Sagrament.
F’artiklu li deher fil-harga ta’ Dicembru 2018 tal-Catholic Herald, dehret storja bit-titolu “The Unknown Girl who Inspired Fulton Sheen”. l-istorja tghid li meta Mao ha t-tmexxija tac-Cina f-idejh u allura giet mahtufa mill-Komunisti, f’wiehed mid-distretti Cinizi, qabdu sacerdot u arrestawh f’daru, u b’hekk ma setax izjed iqaddes fil-Knisja. Sadanittant, marru xi vandali l-Knisja, sgassaw it-Tabernaklu u xerrdu l-ostji kkonsagrati ma’ l-art u poggew suldat jghassess halli hadd ma jidhol fil-knisja biex jitlob. F’dak il-hin, kien hemm tifla zghira li rat dak kollu li gara. Ghal tnejn u tletin gurnata din it-tifla kienet tmur ingiss ingiss biex ma tinqabadx, kienet taghmel siegha adorazzjoni. Kif tasal kienet, arkupptejha, tnizzel rasa ma’ l-art u kull darba kienet tikkonsma wahda mill-ostji kkonsagrati mxerrda ma’ l-art. Ma ninsewx li dak iz-zmien ma konniex permessi mmissu l-ostja b’idejna, jigifieri, dik it-tifla kienet letteralment tilghaq l-art biex tkun tista’ tikkonsma ostja wahda kuljum.
Fit-tnejn u tletin gurnata, ezatt wara li din it-tifla ikkonsmat l-ahhar ostja, accidentalment ghamlet hoss u nqabbdet. Is-suldat qabadha u beda jsawwatha bil-manku tar-rifle sakemm biccierha. Jinghad li dan l-episodju tant impressjona lil Fulton Sheen, li spirah biex jaghmel krucjata u jiddedika l-ministeru tieghu biex jippriedka u jippromwovi il-“Holy Hour in front of the Blessed Sacrament“.
Fl-24 ta’ Frar 1980, il-Qaddis Papa Gwann Pawlu II f’ittra lill-Isqfijiet kiteb hekk: “Il-Knisja u d-dinja ghandhom bzonn l-Adorazzjoni Ewkaristika ghax Gesu jkun qed jistennina f’dan is-Sagrament ta’ Imhabba bhal ma’ omm tkun qed tistenna lil uliedha biex izuruha”. L-istess Papa fil-ktieb tieghu “Redeemer of Man” ppubblikat ukoll fl-1980, kiteb: “Kull membru tal-Knsja irid ikun ghassa li jara lis-Sagrament tal-Imhabba ikun ic-centru tal-hajja tal-poplu t’Alla biex l-adorazzjoni lejn Alla tkun tista’ tinatha lura ‘b’imhabba ghall-imhabba’ u li tassew tkun il-hajja tar-ruh taghna”. Ikompli jikteb “L-Adorazzjoni li naghmlu flimkien waqt il-Quddiesa trid timxi id f’id ma’ l-adorazzjoni personali ta’ Gesu fl-adorazzjoni Ewkaristika sabiex l-imhabba taghna tkun kompleta”.
Hemm hafna siltiet sbieh minn dan il-ktieb li nista nkompli nsemmi, izda naghlaq bil-motto li ghazel is-Superjur tal-Muzew George Grima, dak li waqqaf il-Fergha Ewkaristika b’mod provvidenzjali, li jghid: ‘O Gesu Ewkaristija kun Int il-ferh u l-hena ta’ hajti kollha’.
Cecilia Attard, OFS
0 Comments