CORPUS CHRISTI
1. Temmejna l-Kors ta’ Kana : Kelma ta’ ringrazzjament lil Francis u Anne Cuschieri li mexxew dan il-Kors bil-lingwa Ingliża.
2. It-Tlieta 8 ta’ Ġunju : 7.00pm L-OFS ser ikollhom taħdita fil-Knisja minn Patri Stephen Sciberras ofm, id-Direttur Spiritwali tal-OFS. Il-Laqgħa hi miftuħa għal kulħadd.
3. L-Erbgħa 9 ta’ Ġunju : Inkomplu bl-Erbgħat. Il-Predikatur huwa Fr Stefan Attard.
4. Il-Ħamis 10 ta’ Ġunju : 6.00pm Adorazzjoni Ewkaristika.
5. Il-Ġimgħa 11ta’ Ġunju : Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’.
9.30am It-Tfal ta’ St Benild ser jiċċelebraw l-1 Tqarbina.
5.00pm Ġesu’ Ewkaristija jiġi Espost.
6.00pm Rużarju.
6.30pm Quddiesa Konċelebrata u Barka Sagramentali.
6. Il-Ħadd 13 ta’ Ġunju : Festa ta’ Sant Antnin ta’ Padova. Fil-Quddiesa tad-9.30am infakkru l-Festa tiegħu billi ssir il-Barka fuq it-Tfal u fuq il-Ħobż ta’ Sant’ Antnin. U nagħmlu t-Talba tal-Konsagrazzjoni lil Sant Antnin fuq it-Tfal u l-Abbatini. U nitolbu lil dan il-Qaddis biex jipproteġihom u jħarishom.
7. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent :
• Ghandha bzonn numru ta’ persuni jew familji li lesti joffru 5 jew 10 euros fix-xahar b’rizq is-Santwarju. Grazzi lil dawk li diġà bdew joffru d-donazzjonijiet tagħhom. Ikkuntattjaw lil Peter Darmanin. Aktar dettalji fuq in-Noticeboard.
• Tixtieq tavża li qed tiġbor il-fondi biex isir xogħol ta’ manutenzjoni, minn barra, fuq l-Apside biex tiġi protetta mix-xita.
8. Il-Kummissjoni Festi tavża : Li l-Weekends tal-Ġabra fil-Knisja b’risq il-Festa huma 12-13 u 26-27 ta’ Ġunju.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments