1. Il-Ħadd 13 ta’ Ġunju : Festa ta’ Sant Antnin ta’ Padova.
Fil-Quddiesa tad-9.30am infakkru l-Festa tiegħu billi ssir il-Barka fuq it-Tfal u fuq il-Ħobż ta’ Sant’ Antnin.
• U nagħmlu t-Talba tal-Konsagrazzjoni lil Sant Antnin fuq it-Tfal u l-Abbatini.
• U nitolbu lil dan il-Qaddis biex jipproteġihom u jħarishom.
2. It-Tnejn 14, It-Tlieta 15 u l-Erbgħa 16 ta’ Ġunju :
Ikollna l-Aġġornament tal-Kleru.
3. It-Tlieta 15 ta’ Ġunju : 7.00pm L-OFS ser ikollhom taħdita fil-Knisja minn Peter Darmanin bis-suġġett “Riklam iċanfarni”.
Il-Laqgħa hi miftuħa għal kulħadd.
4. L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju : Inkomplu bl-Erbgħat.
Il-Predikatur huwa Fr Stefan Attard.
5. Il-Ħamis 17 ta’ Ġunju : 6.00pm Adorazzjoni Ewkaristika.
6. Il-Fondazzjogni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent :
• Tixtieq tavża li qed tiġbor il-fondi biex isir xogħol ta’ manutenzjoni, minn barra, fuq l-Apside biex tiġi protetta mix-xita.
7. Il-Kummissjoni Festi tavża :
Li dan il-Weekend il-Ġabra fil-Knisja se ssir b’risq il-Festa.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.