Gheziez Huti f’San Frangisk,
Il-messagg li nixtieq nghaddilkom din il-gimgha hu fuq l-Anglu Kustodju, suggett li dejjem qanqalli kurzita.
Fil-bidu tal-Kristjanezimu ma kienx hemm la festa u anqas tifkira ta’ l-anglu kustodju, imma kien hemm biss festa wahda ddedikata lil Arkangli.  Biss  fil-15 u 16 il-seklu, il-festa ta’ l-Angli Kustodji kienet celebrata b’mod mhux ufficjali f’Ottubru gewwa l-Awstrija, Spanja u anke l-Portugal.
Fis-sena 1608, il-Papa Pawlu V waqqafha bhala festa universali biex inissel gharfien f’dawn l-angli kustodji mhux ghal jum wiehed biss f’Ottubru, izda f’kuljum ta’ hajjitna.
Alla tana l-anglu kustodju biex iharisna minn kull deni.  San Girolmu jikteb li ruh il-bniedem ghandha tant valur fis-sema li kull persuna fid-dinja ghandha anglu kustodju maghha l-hin kollu mill-mument tal-koncepiment.
Dawn l-Ispirti Puri li ahna la nistghu naraw u anqas imissu ghandhom hidma mportanti fil-hajja taghna.  Gesu jirreferi ghalihom meta jghidilna: [Mt:18:10] “Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wiehed minn dawn iz-zghar, ghax, nghidilkom, l-angli taghhom fis-smewwiet dejjem jaraw wicc Missieri li hu fis-smewwiet.”
L-anglu kustodju ta’ kull wiehed minna jiehu hsiebna ghax dik hija l-missjoni li fdalu Alla.  Jinteressa ruhu bhalma omm tinteressa ruhha f’binha jew f’bintha u meta nqieghdulhu l-htigijiet taghna, materjali jew spiritwali, huwa jkun lest li jghin, dejjem jekk ix-xewqat taghna ma jkunux ta’ detriment ghalina jew ghal haddiehor.
Qatt ma nhallu jum jisbah jew jidlam minghajr ma nlissmu t-talba ta’ l-anglu kustodju bhala tislima:
Anglu t’Alla, li fit-tjubija tieghu, Alla tani biex tharisni, dawwalli mohhi, harisni, zommni u mexxini f’dan il-jum (jew f’dan il-lejl).          Ammen.  
 
 
Cecilia Attard, OFS