Avviżi tal-Parroċċa

171180 of 522 items

FESTA TAS-SULTANA TAĦNA TAL-QALB ĦELWA TA’ ĠESU’ – IL-HADD, 26 TA GUNJU, 2022

by Administrator

FESTA TAS-SULTANA TAĦNA TAL-QALB ĦELWA TA’ ĠESU’ 1. Il-Ġabra Speċjali llum : Tmur għall-Kummissjoni Festi. Kunu ġenerużi. 2. Is-Sibt 25 ta’ Ġunju : 6.30pm Quddiesa bil-Mandat lir-Reffiegħa tal-Istatwa tas-Sultana tagħna. Il-Banda Ċittadina ‘Sliema’ iddoqq marċi brijużi. 7.15pm Tinħareġ il-Vara minn Niċċa. Jitkanta l-Innu Popolari ‘Viva Dejjem’ taħt id-direzzjoni tal-Mro Leslie Tabone. 3. Il-Ħadd 26 ta’ […]

Is-Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu – IL-HADD, 19 TA’ GUNJU, 2022

by Administrator

Is-Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu 1. Il-Ġabra tal-Kummissjoni Festi b’risq il-Festa : Kienet €614.55. Grazzi tal-ġenerożita’. 2. Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju : Festa ta’ Corpus Christi u Jum il-Missier. 10.30am Purċissjoni bis-Sagrament. Mistiedna wkoll it-Tfal tal-Ewwel Tqarbina. Il-Quddiesa tal-11.00am tkun ukoll fil-11.30am minħabba l-Purċissjoni. 3. It-Tnejn 20 u t-Tlieta 21 ta’ Ġunju : 9.30am […]

It-Trinita’ Mqaddsa – IL-HADD, 12 TA GUNJU, 2022

by Administrator

It-Trinita’ Mqaddsa 1. Il-Ġabra tal-Knisja b’risq il-Festa : Kienet €672. Nirringrazzjawkom. 2. Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju : 9.15am Purċissjoni mill-Kappella tas-Sagrament sal-Knisja. 9.30am Quddiesa li fiha 10 itfal se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Għal dakinhar biss, il-Quddiesa tal-11.00am issir fil-11.30am. 3. It-Tnejn 13 ta’ Ġunju : Festa ta’ Sant Antnin. 6.30pm Quddiesa. Mistiedna l-Abbatini u t-Tfal. […]

IT-TMIEN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 5 TA’ GUNJU, 2022

by Administrator

Ġħid il-Ħamsin (Pentecoste) 1. Nirringrazzja lil dawk kollha li qed jgħinu fl-armar : Bi preparazzjoni għall-Festa. 2. The Imperial : Ser torganizza Open Weekend l-4 u l-5 ta’ Ġunju bejn l-10am u s-7pm biex jiċċelebraw l-Ewwel Anniversarju mill-ftuħ. Kulħadd hu mistieden. 3. Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju : 9.30am Quddiesa li fiha jiġu ppreżentati lill-Komunita’ Parrokkjali […]

IS-SEBA’ HADD TAL-GHID – IL-HADD, 29 TA’ MEJJU, 2022

by Administrator

Tlugħ il-Mulej fis-Sema. 1. Nirringrazzja pubblikament lil Grupp Santa Martha : U lil dawk kollha li qed jiġu jgħinu fit-Tindif tas-Santwarju. 2. It-Tlieta 31 ta’ Mejju : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. Jitħaddet Tony Mahoney bis-suġġett : “Alla jinqeda b’kollox biex jiġbed il-midneb lejĦ”. Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd u tista’ tiġi segwita fuq il-Webcam tas-Santwarju. […]

IS-SITT HADD TAL-GHID – IL-HADD, 22 TA’ MEJJU, 2022

by Administrator

JUM IT-TWAQQIF TAS-SOĊJETA’ FILARMONIKA ‘SLIEMA’ 1. Il-Ħadd 22 ta’ Mejju : Jum it-Twaqqif tas-Soċjeta’. Nifirħulhom u nawgurawlhom. 9.30am Quddiesa bis-sehem tal-Banda Ċittadina “Sliema” taħt id-direzzjoni tas- Surmast Direttur Mro Lesley Tabone bis-sehem tal-kantanta Ylenia Vella. Ikunu fostna l-President u l-Kumitat tas-Soċjeta’ Filarmonika “Sliema”. 2. Il-Weekend li għadda kien Jum is-Sejħa Franġiskana : Grazzi li lqajtu […]

IL-HAMES HADD TAL-GHID- IL-HADD, 15 TA’ MEJJU, 2022

by Administrator

JUM IS-SEJĦA FRANĠISKANA 1. Dan il-weekend : Qed niċċelebraw fil-Parroċċa tagħna Jum is-Sejħa Franġiskana. Ilqajna fostna lil Promuturi tal-Vokazzjonijiet, Patri Clive u Fra Lorrie. U lil Kandidati li bdew il-mixja franġiskana. Nitolbu għalihom. 2. It-Tlieta 17 ta’ Mejju : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. Jitħaddet Fr Joe Caruana ofm bis-suġġett “Il-Franġiskani u l-Art Imqaddsa”. Kulħadd mistieden. […]

IR-RABA’ HADD TAL-GHID – IL-HADD, 8 TA’ MEJJU, 2022

by Administrator

IL-MULEJ IBIEREK LIL OMMIJIET KOLLHA 1. Il-Ġabra Speċjali : Kienet €440.11 Nirringrazzjawkom. 2. Il-Ħadd 8 ta’ Mejju : Festa tal-Madonna ta’ Pompej. Nitolbu s-Supplika wara l- Quddiesa tal-11am. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, Nitolbu għall-Ommijiet kollha ħajjin u mejtin. 3. It-Tlieta 10 ta’ Mejju : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. It-taħdita se tagħmilha Pauline Darmanin bis-suġġett “Il-Mikrofonu […]

IT-TIELED HADD TAL-GHID – IL-HADD, 1 TA’ MEJJU, 2022

by Administrator

“Pietru, tħobbni int iktar minn dawn!” 1. It-Tlieta 3 ta’ Mejju : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. It-taħdita se jagħmilha Peter Darmanin bis-suġġett “Dawk Franġiskani Sekulari”. Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd. Tista’ wkoll tiġi segwita fuq il-Webcam tas-Santwarju. 2. It-Tnejn 2 ta’ Mejju : 5.00pm Il-Katekista Ms Nathalie Spiteri se tlaqqa’ lit-tfal tal-Katekiżmu fejn l-Uffiċċju Parrokkjali […]

IL-HADD TAL-HNIENA DIVINA – IL-HADD, 24 TA’ APRIL, 2022

by Administrator

1. Il-Ħadd 24 ta’ April : Festa tal-Ħniena Divina. 5.30pm Adorazzjoni. 2. Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju 2022 : Intemmet mall-Għid il-Kbir. Grazzi tal-Offerta li tajtu biex jiddisponu minnha s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika. 3. It-Tlieta 26 ta’ April : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. It-taħdita se jagħmilha Fr Stephen Sciberras ofm. Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd. Tista’ […]