Tlugħ il-Mulej fis-Sema.
1. Nirringrazzja pubblikament lil Grupp Santa Martha :
U lil dawk kollha li qed jiġu jgħinu fit-Tindif tas-Santwarju.
2. It-Tlieta 31 ta’ Mejju : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju.
Jitħaddet Tony Mahoney bis-suġġett :
“Alla jinqeda b’kollox biex jiġbed il-midneb lejĦ”.
Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd u tista’ tiġi segwita fuq il-Webcam tas-Santwarju.
3. L-Erbgħa 1 ta’ Ġunju :
Ir-Raba’ Erbgħa bi tħejjija għall-Festa Titulari. 6.00pm Novena Perpetwa. 6.30pm Quddiesa, Priedka u Barka Sagramentali.
4. Il-Ħamis 2 ta’ Ġunju : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja. 7.30pm Kors ta’ Kana.
5. Il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar.
Filgħodu, il-Patrijiet iqarrbnu u jqarru lill-morda/anzjani fi djarhom.
6. Is-Sibt 4 ta’ Ġunju : 10.00am Fil-Knisja se ssir Laqgħa għall-Ġenituri u t-Tfal li ser jersqu għall-Ewwel Tqarbina.
Importanti li kulħadd jattendi u jkunu fil-ħin.
7. Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju : 9.30am Quddiesa li fiha jiġu ppreżentati lill-Komunita’ Parrokkjali t-Tfal li ser jersqu għall-Ewwel Tqarbina.
8. Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju : 9.30am 10 itfal ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
Għal dakinhar biss, il-Quddiesa tal-11.00am issir fil-11.30am.
9. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali : “Il-Ħbieb tas-Santwarju” tfakker lill-Membri tagħha li għadhom ma’ ġeddewx il-miżata għas-Sena 2022, biex jagħmlu dan.
10. Ġbir għall-Festa fil-Knisja :
4/5 ta’ Ġunju tkun għall-Knisja biex tħallas l-ispejjeż tal-Predikaturi u Kontijiet kbar oħra li jiġu fi żmien il-Festa (Elettriku u Ilma).
11/12 u 25/26 ta’ Ġunju għall-Kummissjoni Festi.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.