Gheziez Huti fi Kristu u San Frangisk, 
 
IR-RABTA TA’ MARIJA MAX-XAHAR TA’ MEJJU
 
Hu difficli tghid ezatt ghaliex ix-xahar ta’ Mejju hu assocjat ma’ Ommna Marija.  Tradizzjonalment, Mejju  m’ghandux festa maggura Marjana marbuta mieghu, bhal, per ezempju, Awwissu u Dicembru.  Huwa biss wara r-riforma liturgika ta’ l-1969 illi l-festa tal-Visitazzjoni bdiet tigi ccelebrata fil-31 ta’ Mejju.  Ir-raguni li ntghazel ix-xahar ta’ Mejju ma kienx minhabba ic-ciklu liturgiku izda, wisq propabbli, minhabba c-ciklu ta’ l-istagun.  Fl-Ewropa Mejju huwa x-xahar tal-fjuri, dak iz-zmien tas-sena lir-rebbiegha timmanifesta ruhha bil-qawwa kollha.
Fit-13-il seklu, ir-Re Alfonso ta’ Kastilja (Spanja) kiteb poezija fejn qabbel is-sbuhija ta’ Marija ma’ dak ta’ Mejju.  Fl-14-il seklu d-Dumnikan Henri Suso beda tradizzjoni li fl-1 ta’ Mejju jpoggi girlanda tal-fjuri fuq l-istatwa ta’ Marija.  Kif nistghu naraw hemm certament konnessjoni qawwija bejn is-sbuhija tal-fjuri li jikbru f’Mejju u s-sbuhija ta’ Ommna tas-Sema, jew ‘the Beautiful Lady’ kif hafna jsejhulha.
 
Kien f’Ruma fis-16-il seklu li bdiet id-drawwa li jizdied it-talb lil Marija tul ix-xahar ta’ Mejju.  San Filippu Neri, per ezempju, kien jigbor it-tfal quddiem l-altar tal-Vergni Marija fil-knisja u kien jghidilhom biex joffru fjuri tar-rebbiegha lil Madonna, simboli tal-virtujiet kristjani li kellhom ukoll jinbtu fil-hajja kristjana taghhom.
 
Hawnhekk ma nistghux ma nsellmux lil Poeta Nazzjaniali Dun Karm Psaila li kien maghruf ghall-imhabba kbira li kellu lejn Marija. Hu kiteb l-ewwel poezija tieghu bil-Malti “Quddiem Xbieha tal-Madonna” u l-innu wisq sabih li jqanqal il-qlub “Fil-Hlewwa ta’ Mejju”.
B’hekk naraw kif minn zmien ilu x-xahar ta’ Mejju mhux biss beda jkun xahar ta’ devozzjoni lejn Il-Vergni Marija, izda sar mezz biex nikbru fil-qdusija taghna ta’ kuljum.  Fis-17 u t-18-il seklu, il-Gizwiti habirku hafna biex ixerrdu din-id-devozzjoni fl-Italja.  Kienu rrakkomandaw biex fl-lejliet 1 ta’ Mejju kull familja tarma altar bl-istatwa tal-Madonna mzejjen bid-dawl u l-fjuri.  Il-familja kienet imhegga biex tikteb fuq bicca karta l-virtu li sejrin jipprattikaw il-gurnata ta’ wara.  Kien il-Papa Piju VII li approva din id-devozzjoni li mbaghad inxterdet fl-1815 mal-knisja universali.
 
Santa Chiara ta’ Assisi kienet tghid li “ahna nsieru dak li nhobbu u dak li nhobbu jaghginna f’dak li nsieru.  Jekk inhobbu oggett, insieru oggett u jekk ma nhobbu xejn insieru xejn”.  Ejjew ghalhekk nhobbu b’imhabba totali lil dik l-Omm taghna helwa tas-Sema biex inhalluha taghginna u ssawwarna f’imhabba bla qies lejn binha Gesu.
 
Paci u sliem.
 
Cecilia Attard ofs