JUM IT-TWAQQIF TAS-SOĊJETA’ FILARMONIKA ‘SLIEMA’


1. Il-Ħadd 22 ta’ Mejju : Jum it-Twaqqif tas-Soċjeta’. Nifirħulhom u nawgurawlhom.
9.30am Quddiesa bis-sehem tal-Banda Ċittadina “Sliema” taħt id-direzzjoni tas-
Surmast Direttur Mro Lesley Tabone bis-sehem tal-kantanta Ylenia Vella.
Ikunu fostna l-President u l-Kumitat tas-Soċjeta’ Filarmonika “Sliema”.

2. Il-Weekend li għadda kien Jum is-Sejħa Franġiskana : Grazzi li lqajtu tajjeb ħafna
lil Kandidati li qedin fil-formazzjoni. Fra Lorrie bagħat jirringrazzjana tal-
ġenerożita’ kbira magħhom speċjalment tad-donazzjoni ta’ €1,539.55. Grazzi mill-
qalb.

3. It-Tlieta 24 ta’ Mejju : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. Jitħaddet Fr Julian
Sammut ofm fuq il-Qdusija tal-Beata Armida Barelli, membru tal-Ordni Franġiskan
Sekular. Il-laqgħa tiġi segwita fuq il-Webcam tas-Santwarju.

4. L-Erbgħa 25 ta’ Mejju : Il-Club tal-Anzjani tal-Parroċċa ser jorganizzaw ‘Coffee
Morning’ fil-Club tal-Boċċi, iż-Żurrieq. 9.15am Tluq mill-ex Savoy Terminus. Prezz:
€10. Ikkuntattjaw lil Ħelpers mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 23 ta’ Mejju.

5. L-Erbgħa 25 ta’ Mejju : It-Tielet Erbgħa tal-Madonna.
6.00pm Novena Perpetwa.
6.30pm Quddiesa, Priedka u Barka Sagramentali minn Fr Llewellyn Muscat O.P.
Issir ukoll il-Vestizzjoni tal-Membri ġodda fil-Konfraternita’ tal-Madonna.

6. Il-Ħamis 26 ta’ Mejju : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja.

7. Il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju : Festa Liturġika tas-Sultana Tagħna. 6.00pm Novena.
6.30pm Quddiesa Konċelebrata.

8. Il-Fondazzjoni tagħmel appell urġenti : Għal aktar fondi biex isir ‘Membrane’ ġdid
fuq is-saqaf kollu tas-Santwarju. Tħeġġeġ lil kulħaddd biex tal-anqas issir offerta ta’
€1 fil-ġimgħa.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm / Kappillan/Gwardjan

TEL: 2131 3505 / 7953 7719.