Ġħid il-Ħamsin (Pentecoste)
1. Nirringrazzja lil dawk kollha li qed jgħinu fl-armar :
Bi preparazzjoni għall-Festa.
2. The Imperial : Ser torganizza Open Weekend l-4 u l-5 ta’ Ġunju bejn l-10am u s-7pm biex jiċċelebraw l-Ewwel Anniversarju mill-ftuħ. Kulħadd hu mistieden.
3. Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju : 9.30am Quddiesa li fiha jiġu ppreżentati lill-Komunita’ Parrokkjali t-Tfal li ser jersqu għall-Ewwel Tqarbina.
4. It-Tnejn 6 ta’ Ġunju : 7.15pm Laqgħa tal-Ushers fejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
5. It-Tlieta 7 ta’ Ġunju : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. Taħdita minn Pauline Darmanin bis-suġġett : “Il-Kelma t’Alla, ħajja s-sena kollha”. Kulħadd mistieden.
6. L-Erbgħa 8 ta’ Ġunju : Il-Ħames Erbgħa bi tħejjija għall-Festa Titulari.
6.00pm Novena Perpetwa.
6.30pm Quddiesa, Priedka u Barka Sagramentali.
7. Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju : 6.00pm Adorazzjoni Komunitarja. 7.30pm Kors ta’ Kana.
8. Il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju : 7.00pm Prova tal-Ewwel Tqarbina.
9. Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju : 9.30am Quddiesa li fiha 10 itfal se jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
Għal dakinhar biss, il-Quddiesa tal-11.00am issir fil-11.30am.
10. It-Tnejn 13 ta’ Ġunju : Festa ta’ Sant Antnin. 6.30pm Quddiesa bil-parteċipazzjoni tat-Tfal. Ikanta l-Kor tat-Tfal.
11. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali : “Il-Ħbieb tas-Santwarju” tfakker lill-Membri tagħha li għadhom ma’ ġeddewx il-miżata għas-Sena 2022, biex jagħmlu dan.
12. Il-Kummissjoni Festa tavża : Li fis-Sagristija ggħandhom l-envelopes tal-ġbir tal-Festa Esterna biex jitqassmu fid-djar matul il-ġimgħa li ġejja, mill-helpers li soltu jqassmu fit-toroq. Imbagħad jitqassam il-ktieb tal-festa l-ġimgħa ta’ wara.
13. Is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2022 : Ser jiġi organizzat BBQ mill-Kummissjoni Festi u l-helpers b’risq il-Festa. Prezz €18. Booking miftuha.
14. Ġbir għall-Festa fil-Knisja :
4/5 ta’ Ġunju tkun għall-Knisja biex tħallas l-ispejjeż tal-Festa Interna.
11/12 u 25/26 ta’ Ġunju tkun għall-Kummissjoni Festi.
15. Intilef Mobile ‘Redmi Xiomi’, il-Ħadd 29, fi Triq Trofimus, ftit il fuq mill-Każin. Min sabu ġentilment jgħaddih lili u nagħtih lil sidu.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.