Huti Frangiskani,

Nhar il-Hadd li ghadda l-Knisja Kattolika, madwar id-dinja kollha, iccelebrat il-Festa ta’ Pentekoste.

Il-Knisja taghlaq il-hamsin gurnata ta’ zmien il-Ghid permezz tas-solennita tal-Inzul ta’ l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.  L-Ispirtu s-Santu, id-Difensur imwieghed minn Gesu nnifsu, jaghmel possibbli l-prezenza ta’ Gesu fil-Knisja wara t-tlugh tieghu fis-sema.  Permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-Misteru ta’ l-Ghid li wettaq Gesu, jista’ jsir prezenti f’kull post u f’kull zmien, fis-Sagramenti tal-Knisja.

“Meta wasal jum Għid il-Ħamsin, huma kienu lkoll flimkien f’post wieħed. F’daqqa waħda ġie mis-sema ħoss bħal ta’ riħ qawwi, u mela d-dar kollha fejn kienu qegħdin. U dehrulhom ilsna qishom tan-nar, li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom. Imtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu u bdew jitkellmu b’ilsna oħra, skond ma l-Ispirtu kien jagħtihom li jitkellmu.

“F’Ġerusalemm kien hemm xi Lhud, nies twajba minn kull nazzjon li hawn taħt is-sema. Malli nstama’ dan il-ħoss, nġabret kotra kbira, lkoll imħawwdin għax kull wieħed minnhom kien jismagħhom jitkellmu bl-ilsien tiegħu: Miblugħin u mistagħġbin, bdew jgħidu: “Dawn li qegħdin jitkellmu m’humiex ilkoll mill-Galilija? Mela kif kull wieħed minna qiegħed jismagħhom jitkellmu bi lsien art twelidu? … U lkoll, mitlufa bl-għaġeb, bdew jgħidu wieħed lill-ieħor: “Dan xi jkun?” Oħrajn bdew jiddieħku u jgħidu: “Dawn xorbu  l-inbid ġdid!”

Il-Festa ta’ Pentekoste hija l-festa tal-‘Power Station’ tal-Poplu t’Alla. Il-‘Power Station’ ta’ l-Ispirtu s-Santu li minnha tohrog l-energija spiritwali kollha, li ma tieqaf qatt taghtina xita ta’ doni u grazzi kbar.

Sa minn ckunitna tghallimna s-seba’ Doni ta’ l-Ispirtu S-Santu bl-amment! Gherf, Fehma, Kunsill, Qawwa , Xjenza, Pjeta u Biza’ t’Alla.

Ippermettuli nirreferi ghall-Ittra tant sabiha li baghtilna l-Ministru Generali tal-Ordni taghna.

“Għeżież Aħwa Franġiskani,
Waqt li sejrin niċċelebraw il-festa ta’ Pentekoste, nistednukom ilkoll nitolbu l’Alla jagħtina r-rigali tal-Ispirtu s-Santu biex ngħixu l-vokazzjoni tagħna u l-Ispirtu Fratern tagħna u naqdu l-Fraternitajiet tagħna u l-dawk li għandhom bżonn is-servizz tagħna b’mod dejjem aħjar.

Għalhekk mela, ejjew nitolbu s-seba’ doni tal-Ispiritu s-Santu, li jiffukaw fuq il-ħajja fraterna, fuq il-vokazzjoni u l-identita’ tagħna.

Ejjew nitolbu d-don tal-Għerf, biex inkunu nistgħu nippruvaw l-affarijiet li niffaċċjaw u naraw jekk humiex ġejjin mingħand Alla u għalhekk ikunux għall-ġid ta’ ħutna jew le.

Ejjew nitolbu d-don tal-Fehma, filwaqt li niftakru dak li qalilna l-Papa San Ġwann Pawlu II: “Tibżgħux mill-fond, tibqgħux fil-wiċċ jew fil-baxx!”

Ejjew niskopru l-profondita’ sabiħa tal-vokazzjoni tagħna. Nitolbu wkoll għar-rigal tal-Kunsill, għax illum il-ġurnata sar wisq diffiċli li wieħed jiddixxerni u jitkellem sew, biex nieqfu għat-tajjeb u l-ġust. Għalhekk irridu nitolbu għal dan ir-rigal biex jgħinnha nagħmlu l-aħjar għal ħutna.

Ejjew nitolbu għar-rigal tal-Qawwa, fost il-ħafna affarijiet li hawn madwarna li jridu jdgħajfuna, li jridu jċaħħduna mill-konvinzjoni tagħna, kif ukoll saħansitra jriduna nċedu l-identita’ tagħna bħala Franġiskani Sekulari. Nitolbu dan ir-rigal speċjalment għal dawk li qed jgħixu f’diffikultajiet kbar fejn hemm il-gwerer. Nitolbu wkoll għar-rigal tax-Xjenza, biex inkunu nafu x’inhu t-tajjeb jew ħażin u x’irridu nagħmlu biex insaħħu l-Fraternitajiet tagħna.

Ejjew nitolbu r-rigal tal-Pjeta’, biex dejjem inpoġġgu ‘l Alla fiċ-ċentru ta’ ħidmitna u ħsibijietna, kif ukoll fiċ-ċentru tal-Fraternitajiet. Jalla t-talb u l-kontemplazzjoni jkunu r-ruħ ta’ dak kollu li nagħmlu! (Reg.8).

U fl-aħħar ejjew nitolbu għar-rigal tal-Biża’ t’Alla, għax il-Fraternitajiet tagħna għandhom bżonn aħwa li jpoġġu r-rieda t’Alla ‘l fuq mill-interessi personali tagħhom.

B’dawn il-ftit ħsibijiet, nixtieqilkom ilkoll festa Qaddisa tal-Pentekoste!
Il-Paċi Magħkom.
Tibor Kauser
(Ministru Ġenerali tal-OFS)”

Ittra ta’ min jimmedita fuqha. Illum, ahseb ftit u mmedita fuq l-aktar Don li tahseb li ghandek bzonn. Tinsa qatt is-sitta l-ohra.

Ejjew nitolbu ta’ spiss lill-Ispirtu Qaddis biex idawwlilna mohhna u jqanqlilna qlubna biex inhobbu lil Mulej Gesu.

Il-Paci ta’ l-Ispirtu s-Santu tinzel fuqkom.

Peter Darmanin ofs
Ministru