“Pietru, tħobbni int iktar minn dawn!”
1. It-Tlieta 3 ta’ Mejju : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. It-taħdita se jagħmilha Peter Darmanin bis-suġġett “Dawk Franġiskani Sekulari”. Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd.
Tista’ wkoll tiġi segwita fuq il-Webcam tas-Santwarju.
2. It-Tnejn 2 ta’ Mejju : 5.00pm Il-Katekista Ms Nathalie Spiteri se tlaqqa’ lit-tfal tal-Katekiżmu fejn l-Uffiċċju Parrokkjali għal lezzjoni u biex isiru jafu lil xulxin.
3. It-Tlieta 3 ta’ Mejju : 5.00pm Il-Katekista Ms Anna Jones se tlaqqa’ lit-tfal tal-Katekiżmu fejn l-Uffiċċju Parrokkjali għal lezzjoni u biex isiru jafu lil xulxin.
4. Il-Ħamis 5 ta’ Mejju : 7.30pm Jibda l-Kors ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ bil-lingwa Ingliża minħabba li uħud mill-għarajjes huma barranin. Nakkumpanjawhom bit-talb.
5. Il-Ħadd 8 ta’ Mejju : Festa tal-Madonna ta’ Pompej. Wara l-Quddiesa tal-11.00am issir is-Supplika tal-Madonna ta’ Pompej.
6. Il-Kumitat Anzjani tal-Parroċċa : Ser jerġa’ jibda jiltaqa’ nhar t’Erbgħa ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.
L-ewwel laqgħa hi l-Erbgħa 11 ta’ Mejju wara l-Quddiesa tad-9.00am. Kulħadd hu mitlub li jilbes il-Maskla.
7. Is-Sibt 14 u l-Ħadd 15 ta’ Mejju : Jum is-Sejħa Franġiskana biex nitolbu għall-Vokazzjonijiet fil-Provinċja Franġiskana.
8. Il-Fondazzjoni tfakkar : Li qed tiġbor il-fondi biex jinbidel il-membrane kollu tas-saqaf tas-Santwarju .
Id-donazzjoni tiegħek tfisser ħafna għas-Santwarju tagħna.
Is-Sultana tagħna tal-Qalb ta’ Ġesu’ tbierek il-ġenerożita’ tal-Parruċċani tagħna.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TAL: 2131 3505 / 7953 7719.