JUM IS-SEJĦA FRANĠISKANA
1. Dan il-weekend : Qed niċċelebraw fil-Parroċċa tagħna Jum is-Sejħa Franġiskana. Ilqajna fostna lil Promuturi tal-Vokazzjonijiet, Patri Clive u Fra Lorrie.
U lil Kandidati li bdew il-mixja franġiskana. Nitolbu għalihom.
2. It-Tlieta 17 ta’ Mejju : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. Jitħaddet Fr Joe Caruana ofm bis-suġġett “Il-Franġiskani u l-Art Imqaddsa”. Kulħadd mistieden.
3. L-Erbgħa 18 ta’ Mejju :
L-Anzjani tal-Parroċċa jiltaqgħu fejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Fil-għaxija jkollna t-Tieni Erbgħa tal-Madonna. 6.00pm Novena Perpetwa. 6.30pm Quddiesa, Priedka u Barka Sagramentali minn Fr Llewellyn Muscat O.P. L-Erbgħa 25 ta’ Mejju : Vestizzjoni tal-Membri ġodda fil-Konfraternita’ tal-Madonna. Min hu interessat ikellem lil Joe Debono jew lil Marianne Bonaci.
4. Il-Ħamis 19 ta’ Mejju : 6.00pm Adorazzjoni komunitarja.
5. Is-Sibt 21 ta’ Mejju : 9.30am Seminar għand is-Sależjani għall-Kandidati li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma f’Novembru li ġej. Jattendu l-Kandidati, il-Parrini, il-Ġenituri u l-Katekisti tagħhom.
6. Il-Ħadd 22 ta’ Mejju : Jum it-Twaqqif tas-Soċjeta’. 9.30am Quddiesa bis-sehem tal-Banda Ċittadina “Sliema” taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone bis-sehem tal-kantanta Ylenia Vella.
Ikunu fostna l-President u l-Kumitat tas-Soċjeta’ Filarmonika “Sliema”. Nifirħulhom u nawgurawlhom.
7. Il-Parroċċa ta’ San Ġiljan : Issellem lil Kappillan Fr Claude Portelli u tilqa’ l-Kappillan Fr Paul Mizzi, iben il-Parroċċa tagħna. Nawgurawlu u nitolbu għalih.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.