IL-MULEJ IBIEREK LIL OMMIJIET KOLLHA

1. Il-Ġabra Speċjali : Kienet €440.11 Nirringrazzjawkom.

2. Il-Ħadd 8 ta’ Mejju : Festa tal-Madonna ta’ Pompej. Nitolbu s-Supplika wara l-
Quddiesa tal-11am. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, Nitolbu għall-Ommijiet kollha
ħajjin u mejtin.

3. It-Tlieta 10 ta’ Mejju : 7.00pm Laqgħa pubblika fis-Santwarju. It-taħdita se
tagħmilha Pauline Darmanin bis-suġġett “Il-Mikrofonu tal-Mulej”. Kulħadd
mistieden.

4. L-Erbgħa 11 ta’ Mejju : L-Anzjani tal-Parroċċa ser jiltaqgħu ħdejn l-Uffiċċju wara
l-Quddiesa tad-9.00am. Kulħadd hu mitlub li jilbes il-Maskla.
L-Ewwel Erbgħa tal-Madonna bi preparazzjoni għall-Festa tas-Sultana Tagħna.
6.00pm Novena Perpetwa.
6.30pm Quddiesa, Priedka u Barka Sagramentali minn Fr Llewellyn Muscat O.P.
L-Erbgħa 25 ta’ Mejju : Vestizzjoni tal-Membri ġodda fil-Konfraternita’ tal-
Madonna. Min hu interessat ikellem lil Joe Debono jew lil Marianne Bonaci.

5. Il-Ħamis 12 ta’ Mejju : 6.00pm Adorazzjoni mmexxijja mill-Postulanti tagħna bi
preparazzjoni għal Jum il-Vokazzjonijiet Franġiskani.
7.30pm Ikollna t-2 Laqgħa bi Tħejjija għaż-Żwieġ. Nitolbu għalihom.

6. Is-Sibt 14 ta’ Mejju : 9.30am Seminar organizzat mill-Unita’ għal Ġenituri u t-Tfal
tal-Ewwel Tqarbina għand is-Sależjani.

7. Is-Sibt 14 u l-Ħadd 15 ta’ Mejju : Jum is-Sejħa Franġiskana fil-Parroċċa tagħna.
Ikollna l-Kandidati li qedin fil-formazzjoni. Il-Ġbir imur għal formazzjoni tagħhom.

8. Il-Fondazzjoni tħeġġeġ : Biex noffru 1.00 Ewro fil-ġimgħa għall-Manutenzjoni tas-
Santwarju. L-ispejjeż huma kbar ħafna. Is-Sultana tagħna tberikkom.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm / Kappillan/Gwardjan

TEL: 2131 3505 / 7953 7719.