Posts by Administrator

371 – 380 of 1384 items

IR-RABA’ HADD TAL-AVVENT – 20 TA’ DICEMBRU, 2020

by Administrator

TBERIK TAL-BAMBINI 1. F’isem ħuti l-Patrijiet Nirringrazzjakom : Tal-Awguri sbieħ, tal-Kartolini u tad-donazzjonijiet li tajtuna. Napprezzaw ħafna. 2. Programm tal-Milied 2020 jinsab fin-Notice Boards u fuq fb : • Din il-ġimgħa nkomplu bin-Novena. 5.30pm Rużarju quddiem Ġesu’ Espost u Barka. 6.00pm Quddiesa b’Omelija qasira. • Lejliet il-Milied : 6.00pm Quddiesa tal-Vġili. 9.30pm Velja u Priedka […]

Kif insiru qaddisin – Cecilia Attard

by Administrator

Gheziez Huti f’San Frangisk,   KIF INSIRU QADDISIN   Meta ftit tal-gimghat ilu seqwejt il-Beatifikazzjoni tas-zaghzugh Carlo Acutis staqsejt lili nnifsi jekk hux qed nghix b’mod li nitqaddes.  Meta nahsbu fuq l-ostakoli li nsibu f’hajjitna nindunaw li dawn huma kollha frott tax-xitan biex jaqtalna qalbna.  Izda Kristu qalilna li jekk irridu nkunu dixxipli Tieghu irridu […]

IT-TIELET HADD TAL-AVVENT – 13 TA’ DICEMBRU, 2020

by Administrator

1. Illum, it-3 Ħadd tal-Avvent : Nitolbu l-Barka fuq it-Tfal. Fir-4 Ħadd tal-Avvent inbierku l-Bambini. 2. Il-Ġabra speċjali b’risq il-Knisja : Kienet 645.22 Ewro Nirringrazzjawkom. 3. Il-Maltemp u s-sajjetta ta’ 3 ġimgħat ilu : Ikkawża ħsara fil-kunvent u fil-knisja. Fost l-affarijiet li intlaqtu għandna l-P.A. System. Il-kumpanija Transient irriplejsjat l-apparat sakemm niddeċiedu x’se nagħmlu. Hemm […]

Marija Immakulata – Peter Darmanin

by Administrator

Illum, il-Knisja universali qed ticcelebra b’ferh kbir, il-festa tal-Koncepiment singulari, ta’ Marija Omm Alla. Ghalija personali din il-festa hija ghaziza hafna u  ggibli nostalgija kbira. Jiena gej minn familja Bormliza. Ommi, Missieri u z-zijiet kienu kollha Bormlizi u naturalment jien tlajt inhobb l-ambjent  Bormliz specjalment, il-Festa tal-Parrocca Bormliza: Il-Festa tal-Immakulata Kuncizzjoni.Meta kont il-kunvent, kienu jaghtuna […]

IT-TIENI HADD TAL-AVVENT – 6 TA’ DICEMBRU, 2020

by Administrator

TBERIK TAL-OMMIJIET LI QED JISTENNEW TARBIJA 1. Illum, l-2 Ħadd tal-Avvent : Berikna l-Ommijiet li qed jistennew tarbija. Fit-3 Ħadd tal-Avvent inbierku lit-Tfal. Fir-4 Ħadd tal-Avvent inbierku l-Bambini. 2. Il-Ġabra għall-Missjoni tal-Art Imqaddsa : Kienet €531.05 Nirringrazzjawkom. 3. It-Tlieta 8 ta’ Diċembru : 9.30am L-Operaturi Pastorali tal-Unita’ ta’ tas-Sliema huma mistiedna jattendu għall-Quddiesa u Talk […]

Kunu pozittivi – Fr Stephen Sciberras ofm

by Administrator

Gheziz huti f’San Frangisk, Il-Paci Maghkom! Bhala direttur spiritwali gdid tal-Ahwa Sekulari Frangiskani nixtieq naqsam maghkom il-hsieb spiritwali ta’ din il-gimgha li fiha qed niccelebraw l-ewwel gimgha tal-Avvent. F’dan iz-zmien sabih nippreparaw ruhna ghal migja ta’ Dak li ghadna kemm iccelebrajna s-solennita’ tieghu bhala s-Sultan tal-Holqien kollu. Darba kien hemm grupp ta’ zringijiet li marru […]

L-EWWEL HADD TAL-AVVENT – 29 TA’ NOVEMBRU, 2020

by Administrator

TBERIK TAL-GIRLANDA TAL-AVVENT 1. Illum, l-1 Ħadd tal-Avvent : Berikna l-Girlanda. Nhar il-Ħadd li ġej, it-2 Ħadd tal-Avvent inbierku l-Ommijiet li qed jistennew tarbija. Fit-3 Ħadd tal-Avvent inbierku lit-Tfal. Fir-4 Ħadd tal-Avvent inbierku l-Bambini. 2. Illum huwa Jum il-Missjoni tal-Art Imqaddsa : Id-donazzjonijiet tal-flus se jmorru kollha għal din il-Missjoni fdata f’idejna l-Franġiskani għal 800 […]

FIRST SUNDAY OF ADVENT

by Administrator

The First Sunday of Advent marks the start of the new year in the Catholic liturgical calendar. As we all know, Advent is preparation time for celebrating of Christmas—getting our lives into order, so to speak. Prayer, reading the Scriptures, and charitable giving are Church-recommended ways to bring ourselves, our families, and communities to refocus […]

L-Avvent – Joe Debono

by Administrator

Għeżież ħuti Franġiskani. Il-Ħadd li ġej jibda l-Avvent.L-Avvent huwa differenti mir-Randan. Waqt li r-Randan ifisser iktar penitenzi, l-Avvent ifisser stennija, miġja, preparazzjoni ta’ ferħ u għaqda.Il-perjodu tal-Avvent huwa l-erba’ ġimgħat ta’ qabel il-lejl tal-Milied. F’dan il-perjodu nistennew, niftakru, niċċelebraw u nġeddu fostna l-migja tal-Mulej Feddej tagħna. Fil-knisja kif ukoll f’ċertu familji jagħmlu girlanda tar-rand b’erba’ […]

L-ERBA’ U TLETIN HADD TAS-SENA – 22 TA’ NOVEMBRU, 2020

by Administrator

FESTA TA’ KRISTU RE 1. Il-Ġabra għal-Vokazzjonijiet Franġiskani : Kienet 1243.25 Ewro. F’isem l-Animaturi tal-Vokazzjonijiet nixtieq nirringrazzjakom talli kontu daqshekk ġenerużi. 2. Direttivi aġġornati dwar il-prevenzjoni tal-Covid-19 : L-Isqfijiet b’konsultazzjoni mall-Awtoritajiet tas-Saħħa jisħqu biex il-Maskra tintlibes il-ħin kollu u jitgħattew l-imnieħer, il-ħalq u l-geddum. Ir-reċipjent tal-ġbir ma’ jgħaddix minn id għal oħra iżda minn persuna […]