1. Illum, it-3 Ħadd tal-Avvent : Nitolbu l-Barka fuq it-Tfal.
Fir-4 Ħadd tal-Avvent inbierku l-Bambini.
2. Il-Ġabra speċjali b’risq il-Knisja : Kienet 645.22 Ewro Nirringrazzjawkom.
3. Il-Maltemp u s-sajjetta ta’ 3 ġimgħat ilu : Ikkawża ħsara fil-kunvent u fil-knisja. Fost l-affarijiet li intlaqtu għandna l-P.A. System. Il-kumpanija Transient irriplejsjat l-apparat sakemm niddeċiedu x’se nagħmlu. Hemm ħsara fil-laptop tal-knisja, fil-camera, fl-arloġġ tal-kampnar u d-dawl tan-niċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor (li dan inxtara u twaħħal). Inkomplu naġġornawkom x’qed nagħmlu dwar dan.
4. Bdiet inizzjattiva ta’ Adorazzjoni ‘round the clock’ : Min hu interessat li jieħu siegħa Adorazzjoni fid-dar, ikellem lill-Kappillan biex jeħodlu d-dettalji.
5. Programm tal-Milied 2020 jinsab fin-Notice Boards u fuq fb :
• Nhar it-Tlieta tibda n-Novena. 5.30pm Rużarju quddiem Ġesu’ Espost u Barka. 6.00pm Quddiesa b’Omelija qasira.
• Lejliet il-Milied : 6.00pm Quddiesa tal-Vġili. 9.30pm Velja u Priedka tat-Tfal. 10.00pm Purċissjoni bil-Bambin u titkanta l-Glorja u titkompla l-Quddiesa.
• Nhar il-Milied : Il-Quddies ikun bħal Ħadd.
6. Il-Kummissjoni Festa tavża li :
• Din il-ġimgħa jibda jitqassam il-Kalendarju tal-Festa u jinġabar l-envelop bid-donazzjoni. Min ma jkunx id-dar, jagħti l-envelop lil xi membru tal-Kumm. Festi.
• Lotterija fuq iz-zuntier li titla’ fl-Ewwel tas-Sena. L-ewwel premju huwa T.V.
• Nhar il-Ġimgħa ser tiġi organizzata Pizza Night delivery. Il-qliegħ kollu se jmur b’risq l-Ursolini ta’ Tas-Sliema. Inħeġġukom biex tordnaw sa ġurnata qabel.
• Jinsabu għal bejgħ Statwi tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Il-Prezz hu €80.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.