Gheziez Huti f’San Frangisk,

 
KIF INSIRU QADDISIN
 
Meta ftit tal-gimghat ilu seqwejt il-Beatifikazzjoni tas-zaghzugh Carlo Acutis staqsejt lili nnifsi jekk hux qed nghix b’mod li nitqaddes.  Meta nahsbu fuq l-ostakoli li nsibu f’hajjitna nindunaw li dawn huma kollha frott tax-xitan biex jaqtalna qalbna.  Izda Kristu qalilna li jekk irridu nkunu dixxipli Tieghu irridu nerfaw is-salib taghna.  Il-Knisja wkoll taghllimna li m’hemmx salvazzjoni minghajr is-salib.  Dan ifisser li m’ghandniex nippretendu li hajjitna se tkun kollha ward u zghar ghax xi salib jew tnejn kulhadd se jkollu.  B’dana kollu ma naqtawx qalbna ghax ahna lkoll msejjha biex insiru qaddisin u ghalhekk jinhtieg li nitolbu ‘l-Mulej jaghtina din ix-xewqa. Fuq kollox il-qdusija tissarraf f’ferh, u min ma jridx ikun ferhan!  
 
Biex nikbru fil-qdusija hemm bzonn li nahdmu fuq il-virtujiet u nipprattikawhom.  Kristu bhala bniedem jaghllimna kif inkabbru fina l-virtujiet ghax Hu l-virtu nnifsu. F’dan is-sens, l-ewwel haga li irridu naghmlu hu li nitnezzaw minn dak kollu li jxekkilna biex nifthu l-bibien berah ghal Gesu u nhalluH imexxina Hu f’kollox.
 
Hi ta’ konsolazzjoni ghalina li l-qaddisin ma pposssedewx il-virtujiet kollha.  Per ezempju, San Pawl kien jitlalu malajr.  San Patri Piju kien ukoll nervuz, zorr u jaftaf lin-nies, izda xorta wahda sar qaddis kbir.  Hu stess kiteb fl-ittri tieghu li mhux sejjer il-genna, li qed jitlef il-fidi, li jhossu mdawwar bid-dlamijiet, li hu dghajjef.  Hajtu kollha kienet glieda kontinwa.  Kien il-hin kollu jitlob lil Alla biex jeghleb id-dghjufija tieghu.  Alla sema t-talb tieghu u pperfezzjonah f’dak kollu li kien dghajjef fih.
 
Dan iz-zmien ta’ l-Avvent hu propju z-zmien biex naghmlu ezami sincier tal-karattru taghna u naraw fej qeghdin nonqsu u fejn ahna dghajjfa.  Jekk qeghdin insofru minn dipressjoni jew dwejjaq ejjew nitolbu ghal-virtu tal-ferh;  jekk ahna nirrabjaw ejjew notolbu ghal-virtu tal-pacenzja;  jekk qed tahkimna l-biza ejjew nitolbu l-grazzja biex nimtlew bil-kuragg;  jekk ahna ghazziena nitolbu biex inservu lil ohrajn;  jekk qed insofru minn xewqat hziena ejjew nitolbu ghal-grazzja tal-purita.
 
Il-hajja hija glieda kontinwa kontra l-hazen li hemm gewwa fina u li nsibu madwarna.  Izda jekk nitolbu biex il-Mulej jipperfezzjonana huwa zgur li se jaghqlalna kwalunkwe grazzja li ghandna bzonn ghax Hu halaqna ghaliH u jridna nsiru qaddisin ha ngawduH ghal dejjem fil-genna.
 
Nawgura Milied hieni lil kulhadd u j’Alla jkollna l-grazzja li niltaqaw fis-sema pajjizna. 
 
Cecilia Attard OFS