TBERIK TAL-BAMBINI
1. F’isem ħuti l-Patrijiet Nirringrazzjakom : Tal-Awguri sbieħ, tal-Kartolini u tad-donazzjonijiet li tajtuna. Napprezzaw ħafna.
2. Programm tal-Milied 2020 jinsab fin-Notice Boards u fuq fb :
• Din il-ġimgħa nkomplu bin-Novena.
5.30pm Rużarju quddiem Ġesu’ Espost u Barka.
6.00pm Quddiesa b’Omelija qasira.
• Lejliet il-Milied :
6.00pm Quddiesa tal-Vġili. 9.30pm Velja u Priedka tat-Tfal. 10.00pm Purċissjoni bil-Bambin u titkanta l-Glorja u titkompla l-Quddiesa.
• Nhar il-Milied : Il-Quddies ikun bħal Ħadd.
• Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru : Festa tal-Familja Mqaddsa : 9.30am Quddiesa bil-Barka fuq il-Familji preżenti.
3. Il-Fondazzjoni bi pjaċir tavża : Li fil-ġranet li ġejjin se jiġi ffirmat il-kuntratt għax-xiri ta’ Lift ġdid, għas-Santwarju u l-Kunvent. Matul dawn il-Festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, il-Fondazzjoni tappella għal donazzjonijiet b’risq il-lift. Kull għajnuna żgħira kemm hi żgħira tiġi apprezzata ħafna. Grazzi tal-ġenerożita’ tagħkom.
4. Ħin ta’ Riflessjoni u Apprezzament fis-Santwarju : Inizzjattiva ġdida għal min irid isib ftit spazju kwiet fil-knisja f’dan iż-żmien ta’ pandemija (biex napprezzaw is-sabiħ fil-ħajja u l-imħabba ta’ Alla). Hu mod ieħor ta’ kif inkunu ‘Dixxipli’.
• Nistednukom nhar it-Tlieta 29 ta’ Diċembru fis-6.45pm.
• Min hu interessat, jieħu Invit li hemm fejn il-bibien tal-knisja u avżaw lil Angela Pace O’Shea b’telefonata jew sms biex nirriservaw il-post.
5. Infakkarkom fl-Adorazzjoni ‘round the clock’ ma’ tas-Sliema kollha :
• Min jista’ jieħu siegħa Adorazzjoni fid-dar, ikellem lill-Kappillan.
6. Il-Kummissjoni Festa tavża li :
• Qed jitqassam il-Kalendarju tal-Festa u jinġabar l-envelop bid-donazzjoni. Min ma jkunx id-dar, jagħti l-envelop lil xi membru tal-Kumm. Festi.
• Lotterija fuq iz-zuntier li titla’ fl-Ewwel tas-Sena. L-ewwel premju huwa T.V.
• Jinsabu għal bejgħ Statwi tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Il-Prezz hu €80.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Tel: 2131 3505 / 7953 7719.