Wasal il-Milied!
Milied 2020 mhux Milied bhal ta’ snin ohra.
Ikolli nammetti li din is-sena armajt id-dar ghal Milied b’nofs qalb. Kont deciza biss li npoggi lil Bambin Gesu li kont gibt minn Betlem fil-post tieghu tas-soltu. Ma kellix qalb ghal tizjin iehor, meta niftakar fil-mard u mwiet li hafna nies kienu qeghdin isofru minhabba l-pandemija. Imma il-Milied jibqa’ dejjem iz-zmien ta’ ferh u mhabba, ta’ ikliet flimkien mal-familja u hbieb. Din is-sena mhux ta’ kulhadd se jkun hekk. Mhux se jkollna festini bhas-soltu. Hemm min tilef lil xi hadd ghaziz mhux biss mill-pandemija. Hemm min tilef ix-xoghol, hemm min hu maghkus minn memorji li jdallmu dan iz-zmien ta’ ferh.

Minn mindu kont zghira kont niggennen ghal Milied  u tghidx kemm kelli Bambini zghar ta’ kull daqs u forma mifruxin mad-dar. Il-presepju kien jibda jibnih il-papa’ mal-bidu ta’ l-Avvent. Kont inqum kmieni ghan-Novena, kont immur ghal Quddiesa ta’ bil-Lejl il-Katidral ta’ l-Imdina maz-zija li kienet toqghod hemm u kemm konna nistennew lejliet il-Milied il-purcissjoni bil-Bambin,  bil-lanterni f’idejna u nimxu mal-kant ta’ “Ninni la tibkix izjed.”  Bilkemm kien ikollna sabar norqdu biex insibu r-rigali tal-Milied filghodu! U dak iz-zmien ir-rigali kien igibhomna l-Bambin jekk inkunu ’bravi’!

X’memorji!

Kollox jghaddi u jinbidel maz-zmien. Fatt wiehed jibqa’ ma jinbidel qatt u jibqa jidwi maz-zmienijiet, fatt marbut ma’ l-unika verita li tkompli tqawwili qalbi, id-dikjarazzjoni li,
                             “L- Iben t’Alla sar Bniedem u ghammar fostna.”
Kemm nghiduha ta’ spiss din is-sentenza maghguna mat-talba ta’ l-Angelus u talb iehor. Imma forsi ftit nieqfu nahsbu fuq dan il-Misteru ta’ dimensjoni enormi. Il-bazi ta’ din il-verita nsibuha fl-Evangelji ta’ San Luqa (Lq.1, 1-19; 26- 38) u San Mattew (Mt 1,18-25), fejn filwaqt li San Luqa jiffoka fuq l-esperjenza ta’ Marija, San Mattew ihares mill-lenti ta’ Guzeppi.
Ejjew ghal mument innezzghu l-Milied mit-tizjin kollu li bnejna u bqajna nghabbu din il-Festa mix-xinxilli kollha u niffokaw fuq dawn it-tlett protagonisti ta’ dan il-misteru kbir.
Hemm Guzeppi, ragel zaghzugh li nbidlulu l-pjanijiet li seta’ kellu biex jibni familja kif xtaq hu. Min jaf x’sentimenti kienu ghaddejjin minn mohhu u f’qalbu: sentimenti ta’ staghgib imma wkoll ta’ fidi li kibru fih wara l-ubbidjenza tieghu lejn il-kliem ta’ l-Anglu Gabriel. Hemm arah. . . wieqaf. Sieket. . . qalbu mfawwra b’imhabba pura ghal Marija u t-Tarbija.

Hemm Marija, ix-xbejba zaghzugha li fiha sehh dan il-miraklu. Kollox kien jiddependi mill-“IVA” li tat lil Anglu Gabriel.  Dik l-“IVA”, mhux ghax fehmet imma bl-umilta u s-semplicita taghha baxxiet rasha b’fidi u fiducja. Dan Alla, li fil-kobor Tieghu huwa bla qies, holoq l-univers, jitlob il-permess lil din it-tfajla biex jibda jitwettaq  il-Pjan tas-Salavazzjoni.

U dak Gesu Bambin! Jigrilna li nharsu lejh bhala Tarbija li ghadha kif twieldet, niggustawh u nitbissmu, u nieqfu hemm. Ma l-“IVA” ta’ Marija, it-Tieni Persuna tat-Trinita, bhal kull tarbija ohra, bdiet minn cellula li ma tarahiex hlief fil-laboratorju, u bhal kull tarbija ohra kompliet tizviluppa fil-guf safi ta’ Marija.

Dan hu Alla li ghamel ‘qabza’ mill-Eternita ghac-Cirku taz-Zmien, biex ikun jista jimxi maghna bhala bniedem u bhalna jbati ghas-salvazzjoni taghna.

Minkejja dak kollu li nistghu nkunu ghaddejjin minnu, ejjew nieqfu u nirriflettu kemm hu verament qrib taghna dan Gesu. Ejjew inhallu dan il- Misteru jmiss l-gheruq taghna u jibdilna billi jaghti forma gdida lil qalb ta’ kull wiehed u wahda minna li jwassal ghal mod differenti kif wiehed jahseb, kif jitlob, kif jghix.

Fi kliem il-Papa Emeritu Benedittu XVl , f’wahda mill-Omeliji tieghu, ejjew nifthu qalbna u mohhna ghal dan ir-rigal ta’ dawl, ta’ ferh, ta’ paci li jiddu minn maxtura semplici li tahbi misteru kbir.
Id-dinja tinbidel jekk il-bniedem jinbidel, imma biex jinbidel jinhtieg il-Veru Dawl, li tfacca fil-Lejl tal-Milied biex idawwal id-dlamijiet ta’ hajjitna!
 
Gesu Bambin, ejja twieled gewwa fija u mlieni bid-Dawl ta’ l-Imhabba Tieghek bla qies biex jien inxerridha ma’ ohrajn.
VIVA GESU BAMBIN!

Nawgura lil kulhadd il-Milied it-Tajjeb u Sena Gdida mimlija Gid u Barkiet!

Pauline Darmanin ofs.