TBERIK TAL-GIRLANDA TAL-AVVENT
1. Illum, l-1 Ħadd tal-Avvent :
Berikna l-Girlanda. Nhar il-Ħadd li ġej, it-2 Ħadd tal-Avvent inbierku l-Ommijiet li qed jistennew tarbija. Fit-3 Ħadd tal-Avvent inbierku lit-Tfal. Fir-4 Ħadd tal-Avvent inbierku l-Bambini.
2. Illum huwa Jum il-Missjoni tal-Art Imqaddsa :
Id-donazzjonijiet tal-flus se jmorru kollha għal din il-Missjoni fdata f’idejna l-Franġiskani għal 800 sena sħaħ.
3. L-Artal fi żmien l-Avvent u l-Milied jixraqlu jiżżejjen bil-Ponziettas :
Napprezzaw min jista’ joffri waħda b’rigal lill-Knisja tagħna.
4. It-Tlieta 8 ta’ Diċembru : 9.30am L-Operaturi Pastorali tal-Unita’ ta’ tas-Sliema huma mistiedna jattendu għall-Quddiesa u Talk ġewwa Stella Maris bi preparazzjoni għall-Milied.
5. Il-Knisja tagħna tagħmel ħilitha kollha biex timxi fuq id-Direttivi dwar il-prevenzjoni tal-Covid-19 :
a. Il-Morda fid-djar nistgħu nagħtuhom servizz kemm il-darba jikkuntattjawna.
b. Napprezzaw iktar Voluntiera biex jieħdu t-temperatura tad-deni waqt il-quddies tal-Ħadd.
c. Ilkoll nistgħu nikkoperaw biex ikollna iktar Iġene fil-knisja. Qed insibu tissues użati mall-art fil-knisja u fit-toilet tas-sagristija. Mhix lanqas prudenza għal Grupp ta’ Santa Marta li jieħdu ħsieb inaddfu l-knisja kull nhar ta’ ħamis. Nieħu l-opportunita’ biex nirringrazzja lil dan il-Grupp li jagħti servizz utli lil kulħadd.
6. Fr Walter Vassallo ofm : Se jorganizza 3 Laqgħat fuq ZOOM bi tħejjija għall-Milied fuq “Ġużeppi mibjugħ minn ħutu”. Se jsiru il-Ġimgħa 4, 11, 18 ta’ Diċembru fis-7.00pm.
Min hu interessat jikkuntattja lilu fuq l-email: frwalter@ofm.org.mt Jew mobile: 7905 1436.
7. Il-Kummissjoni Festa : Se jkollha Ponsietta Sale nhar is-Sibt 5 ta’ Diċembru filgħaxija u l-Ħadd 6 ta’ Diċembru filgħodu fuq iz-Zuntier tal-Knisja.
Waqt din l-attivita’ jinbiegħu ukoll id-diaries tal-Festa 2021.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
MOB: 7953 7719.