Gheziz huti f’San Frangisk,
Il-Paci Maghkom!
Bhala direttur spiritwali gdid tal-Ahwa Sekulari Frangiskani nixtieq naqsam maghkom il-hsieb spiritwali ta’ din il-gimgha li fiha qed niccelebraw l-ewwel gimgha tal-Avvent. F’dan iz-zmien sabih nippreparaw ruhna ghal migja ta’ Dak li ghadna kemm iccelebrajna s-solennita’ tieghu bhala s-Sultan tal-Holqien kollu.
Darba kien hemm grupp ta’ zringijiet li marru fil-foresta. Waqt li kienu qed jaqbzu tnejn minnhom waqghu f’bir. B’sahhithom kollha bdew jippruvaw jaqbzu biex johorgu barra mill-bir. Shabhom minn fuq bdew jghajtu u jghidulhom li kien kollu ta’ xejn li jippruvaw johorgu ghax il-bir kien fond. L-ewwel zring meta sema’ l-shabu jghajtu u jghidu li kien kollu ta’ xejn, qata’ qalbu u ghereq fl-ilma u miet. It-tieni wiehed baqa’ jaqbez sakemm irnexxielu johrog mill-bir. Meta hareg hu rringrazzja lil shabu talli kienu baqghu hdejn il-bir biex jaghmlulu kuragg biex jaqbez aktar biex johrog mill-bir. Dan iz-zring kien trux!

It-taghlima ta’ din l-istorja hi li trid tkun trux ghan-negattiv u tiftah widnejk berah ghall-pozittiv. Ahrab min-nies negattivi u ghamilha ma’ minn hu pozittiv. Il-Malti jghid ghidli ma minn taghmilha u nghidlek x’int. Jekk taghmilha ma’ minn hu negattiv kapaci jaghmlek negattiv, imma jekk taghmilha ma’ minn hu pozittiv, kapaci jaghmlek pozittiv. Meta tahseb negattiv tibda tara lil haddiehor b’mod negattiv imma meta tahseb pozittiv tibda tara lil haddiehor b’mod pozittiv. Jekk tahseb negattiv il-

gisem kollu jsir negattiv u tkun aktar suggett ghall-mard tar-ruh kif ukoll anke ghall-mard tal-gisem. Imma jekk tahseb pozittiv, il-gisem tieghek ikun pozittiv u tkun aktar b’sahtek f’ruhek u gismek.
Willie Nelson kien qal: Malli inti tbiddel il-hsibijiet negattivi fi hsibijiet pozittivi, jibda jkollok rizultati pozittivi. L-Imperatur Ruman Mark Awrelju jzid: il-ferh f’hajtek jiddependi mill-kwalita’ tal-hsibijiet tieghek. Il-kantant Taljan tar-rap Giovanotti kellu kanzunetta li kienet tghid hekk: Io penso posittivo perche’ son vivo, perche’ son vivo. Jien nahseb pozittiv ghax jien haj.
Kemm ghandna ghax nirringrazzjaw lil Alla u nkunu grati u pozittivi li taghna l-hajja. Niftakru li San Frangisk t’Assisi fl-ahhar sentejn ta’ hajtu kien mimli mard u kien nieqes ukoll mid-dawl t’ghajnejh. Imma kien l-aktar bniedem pozittiv ghax kien jara s-sbuhija tal-hajja anke meta ma setax jara aktar b’ghajnejh. Hu mimli ispirazzjoni, pozittivita’ u ferh qaddis nisseg l-ewwel poezija tal-letteratra Taljana qabel Dante Alighieri. Hu kkompona l-Kantiku tal-Hlejjaq li fih jfahhar lil Alla, Sid il-hajja, fil- hlejjaq tieghu kollha.
Meta inti tghaddi mill-mewg tal-hajja kun pozittiv u ftakar haga wahda biss; li Alla hu hafna akbar mill-muntanja tal-problemi li ghandek. Imma biex taghmel hekk trid timxi fuq parir iehor tal-Missier taghna Frangisku meta jghid: Afda’ f’Alla u jiehu hsiebek Hu. Ukoll is-Sultana taghna, Omm Is-Sultan tal-Univers gewwa Medjugorje qalet din il-frazi tad-deheb li tant timlina b’kuragg u pozittivita’: Kieku kontu tafu kemm inhobbkom, kontu tibku bil-ferh.

Nixtieq naghlaq dan il-messagg billi nikkwota lil Norman Vincent Peale fejn fil-ktieb tieghu The Power of Positive Thinking jghid li biex tikseb it-triq ghall-ferh trid izzomm lil qalbek il boghod mill-mibieghda. Izzomm il-menti tieghek ’l boghod mill-inkwiet. Tghix b’mod semplici. Tistenna ftit u

taghtii hafna.TInsa lilek innifsek u tahseb fl-ohrajn. Ipprova ghamel dan ghal gimgha wahda u tkun sorpriz b’dak li jigri.
Fr Stephen Sciberras OFM
Direttur Spiritwali