TBERIK TAL-OMMIJIET LI QED JISTENNEW TARBIJA
1. Illum, l-2 Ħadd tal-Avvent : Berikna l-Ommijiet li qed jistennew tarbija. Fit-3 Ħadd tal-Avvent inbierku lit-Tfal.
Fir-4 Ħadd tal-Avvent inbierku l-Bambini.
2. Il-Ġabra għall-Missjoni tal-Art Imqaddsa : Kienet €531.05 Nirringrazzjawkom.
3. It-Tlieta 8 ta’ Diċembru : 9.30am L-Operaturi Pastorali tal-Unita’ ta’ tas-Sliema huma mistiedna jattendu għall-Quddiesa u Talk ġewwa Stella Maris bi preparazzjoni għall-Milied.
4. Jonqosna Voluntiera biex jieħdu t-temperatura tad-deni fil-quddies : Is-Sibt fil-5.00pm u l-Ħadd fis-7.00am u fid-9.00am. Napprezzaw ħafna.
5. Qassamna l-kit tal-proġett “Inkunu Dixxipli Ekoloġiċi u nibnu dinja aħjar” : Jekk hemm xi ħadd li ma’ rċeviex il-kit jew oħrajn li jixtiequ jkunu parti minn dan il-proġett, jgħaddielna ismu u n-numru tal-mobile. S’issa għandna 72 parteċipant.
6. Fr Walter Vassallo ofm : Qed jorganizza Laqgħat fuq ZOOM bi tħejjija għall-Milied fuq “Ġużeppi mibjugħ minn ħutu”. Imiss nhar il-Ġimgħa 11, 18 ta’ Diċembru fis-7.00pm.
Min hu interessat jikkuntattja lilu fuq l-email: frwalter@ofm.org.mt Jew mobile: 7905 1436.
7. Il-Vaċċin tal-Influwenza għal min ma’ ħadhiex : Hi available. Tingħata l-Gżira Health Centre.
8. Il-Kummissjoni Festa : Se jkollha Ponsietta Sale nhar is-Sibt 5 ta’ Diċembru filgħaxija u l-Ħadd 6 ta’ Diċembru filgħodu fuq iz-Zuntier tal-Knisja. Napprezzaw jekk toffru Ponsietta lill-Knisja. Waqt din l-attivita’ jinbiegħu ukoll id-diaries tal-Festa 2021.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm Kappillan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.